NITLOB BIL-PASSJONI TA’ KRISTU
Ahna ilkoll konxji mill-Passoni ta' Sidna Gesu' Kristu. Imma ftit huma kapaci jidhlu fil-fond b'sentimenti u mhabba sinciera. Fit-talb taghna rridu nitghallmu nimmeditaw il-Passjoni ta' Kristu b'devozzjoni kbira. Din mhix haga li naghmlu bl-isforz taghna; anzi hija xi haga li rridu nhallu lil Kristu jaghmel fina. Irridu nhalluh jirrivelalna t-tbatija kbira li ghadda minnha u f'dak li jurina rridu nhallu lilna nfusna nintlew b'imhabba ghalih, Hu li miet mewta orribbli minhabba fina.
MID-DJARJU TA' SANTA FAWSTINA
737. + Għalkemm kont qiegħda nħossni marida, iddeċidejt li xorta waħda kont ser nagħmel Siegħa Adorazzjoni llum bħas-soltu. F’dik is-Siegħa, rajt lill-Mulej Ġesu’ jiġi fflaġellat mal-kolonna. Waqt li kienet għaddejja din it-tortura tal-biża’, Ġesu’ kien qed jitlob. Wara ftit, qalli, Ftit huma dawk l-erwieħ li jikkontemplaw il-Passjoni Tiegħi b’emozzjoni ġenwina; Jiena nagħti grazzji kbar lill-erwieħ li jimmeditaw bid-devozzjoni l-Passjoni Tiegħi.
Tghaddi hin timmedita il-Passjoni ta' Kristu? Forsi hija ehfef ghalik li thares lejn il-Qawmien Tieghu mill-Imwiet u r-rebha glorjuza Tieghu fuq id-dnub. Ahseb ftit illum kemm inti lest li tidhol fi hsibijietek fuq kull ugigh u tbatija li ghadda minnha Gesu' Kristu. Li tara u tahseb fuq kemm issarraf il-Passjoni tieghu, tghinek thobbu profondament. Aktar ma issir taf kemm bata', aktar tkun tixtieq li tikkonsla l-Qalb midruba tieghu bl-imhabba tieghek u tissottometti l-volonta' tieghek lejn ir-Rieda Mqaddsa Tieghu.
Halli kull aspett tal-Passjoni ta' Kristu jkellmek u jibdlek fi bniedem gdid. Ir-rizultat ikun imhabba aktar profonda lejn Alla u abbundanza kbira ta' Hniena Divina ghal dawk li jbatu madwarek.
TALBA
Mulej ghinni nkun attent ghat-Tbatijiet mqaddsa Tieghek. Ghinni nara l-imhabba li ppermettitlek tissaporti t-turmenti bhal dawn. Jalla nara fil-Passjoni tieghek l-imhabba bla tarf ghalina ilkoll u jiena minn naha tieghi nhobb lil dawk kollha li jbatu bl-istess imhabba li jiena ghandi Ghalik. Gesu' jiena nafda Fik.