jesusandmary

2. ALLA BISS JISTA’ JOFFRILI L-HELSIEN


Ezodu 20:2-3

“Jiena hu l-Mulej, Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar. “Ma jkollokx allat oħra għajri.


Alla biss jista’ jehlisna. Kemm jekk il-prugunerija taghna hija mposta fuqna minn barra jew kemm jekk konna ahna stess li jassarna lilna nfusna, Alla ta’ l-Imhabba qed jistenna biex imexxina minn dan il-jasar ghal liberta’. Nistghu nkunu mjassra minn idejat, imgieba, nies, flus, ikel jew sustanzi ohra. It-talba mqanqla t’Alla hi li ahna jkollna l-ewwel post f’hajjitna ghalih. Hekk kif nikbru fil-hila’ taghna li naccettaw l-Imhabba ta’ Alla ghalina, allura nkunu nistghu naghmlu l-ghazliet taghna ahjar. Imbaghad niskopru li nikbru wkoll fil-libertà li nhobbu lil Alla u lill-ohrajn b’mod aktar shih.


AHSEB

Liema ghazliet nista’ naghmel illum li jghinuni nikber fil-helsien tieghi?

Hemm xi qasam f’hajti li jiena qalbi marbut mieghu u allura din ir-rabta tjassarli l-helsien tieghi?


(Kellem lil Alla billi tuża dan il-kliem jew ohrajn li jigu f’mohhok.)

O Alla tieghi kollok Imhabba, grazzi talli  sejjahtli mill-habs ghal liberta’. Ghinni naghmel ghazliet li jqarrbuni izjed Lejk.



Make a free website with Yola