jesusandmary

5. INWIEGBU L-MISTOQSIJA


Qalilhom: "Imma intom min tgħidu li jien?"  Wiegbu Xmun Pietru  u qal: “Int il-Messija, Bin Alla l-ħaj” Mattew 16:15-16

Gesu’ jistaqsi lis-segwaci tieghu mistoqsija qawwija, “Min tghidu li jien?” Hija mistoqsija li wiehed irid iwiegeb bil-fidi.

Pietru joffri twegiba preciza ghax huwa ghandu esperjenza ta’ Gesu’. Semghu jghallem u dejjem osserva dak kollu li kien jaghmel Gesu’. U b’hekk seta’ jwiegeb b’konvinzjoni.

Bhal Pietru jehtieg li nqattghu hin ma’ Gesu’ fit-talb u l-qari ta’ l-Iskrittura Mqaddsa, li hija l-Kelma tieghu miktuba, biex ahna wkoll inkunu nistghu nwiegbu bil-konvinzjoni.

AHSEB
Kif twieġeb il-mistoqsija ta’ Ġesù, “Int min tgħid li jien?”

X’qed nagħmel biex insir naf aħjar lil Ġesù?

(Itlob lil Alla, billi tuza din it-talba jew wahda minn tieghek.)

Gesu’ Bin Alla l-Haj, grazzi talli tajtni l-fidi fil-Maghmudija. Ghinni nikber aktar fil-fond biex naghraf Lilek u l-Imhabba tieghek lejja.

Make a free website with Yola