jesusandmary

11 JIENA NAHFIRLEK


Mattew 18:21-22
Imbagħad Pietru resaq fuqu u staqsieh: "Mulej, jekk ħija jidneb kontra tiegħi, kemm-il darba għandi naħfirlu? Sa seba' darbiet?" Ġesù wieġebu: "Ngħidilkom, mhux sa seba' darbiet imma sa sebgħa u sebgħin darba."

Min fostna ma esperjenzax il-htiega li jaqla’ il-mahfra? Il-mahfra hija parti mill-attivita’ ta’ kulljum ghax ahna nghixu man-nies ta’ madwarna u maghhom ikollna relazzjoni. Allura xi drabi jehtigilna li nahfru u naghdru u li nahfru lil dawk li huma l-eqreb taghna jista’ jkun l-aktar difficli. Jidher li huwa minn hawn ghala Pietru pogga dik il-mistoqsija lil Kristu. It-twegiba ta’ Gesu’ tmur dritt fil-qalba tal-materja -  il-mahfra ma ghandiex limitu, l-ebda konfini. Alla jahfrilna kollox u ahna msejha biex naghmlu l-istess haga ma’ l-ohrajn. Facli? Le, imma anqas ma hija impossibli. Hemm premju ghal min jaghmel hekk? Iva, il-premju etern.

AHSEB
Kif nuri l-mahfra lil xi hadd li nhobb?
Kif nitlob jiena l-mahfra lil xi hadd li jiena nhobb?

(Kellem lil Alla billi tuża dan il-kliem jew ohrajn li jigu f’mohhok.)

O Alla tal-Hniena, inti bghattilna lil Ibnek Gesu’ biex ibati, imut u bil-qawmien tieghu mill-imwiet juri li hareg rebbieh fuq il-mewt u d-dnub. Ghinni nuri l-gratitudni tieghi billi nkun generus fil-mahfra ma’ dawk li offendewni.


Make a free website with Yola