01. L-IMHABBA LEJN IL-PROXXMU
1 Korintin 13 versi 4-7
L-imħabba taf tistabar u tħenn; l-imħabba mhijiex għajjura, ma tintefaħx biha nfisha, ma titkabbarx fuq l-oħrajn, ma tagħmilx dak li mhux xieraq; ma tfittixx dak li hu tagħha, xejn ma tinkorla; ma żżommx f’qalbha għad-deni, ma tifraħx bl-inġustizzja, imma tifraħ bil-verità; kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tissaporti.
Din is-silta sabiha ta’ Pawlu tintuza hafna drabi meta jkun celebrat is-sagrament taz-zwieg. Madankollu Pawlu ma kitibx dan il-kliem ghall-kopji mizzewgin. Il-kwalitajiet li jattribwixxu lill-virtu ta’ l-imhabba huma ghal kulhadd. Huma jisfidaw lil kull wiehed minna biex jezamina l-attitudni tieghu lejn l-ohrajn: familja, hbieb u barranin. Jekk nimxu kuljum b’harsa ta’ imhabba, allura l-ghira, u r-rabja jisparixxu. Ahna nikbru f’persuni li jfittxu l-verita’ u nifirhu meta tinstab. Meta naghmlu l-imhabba l-pedament ta’ hajjitna niskopru l-gratitudni fic-centru.
AHSEB
Mill-esperjenza tieghi stess, x’inhi kwalità ohra taʼ mhabba li nistaʼ nzid mal-lista taʼ Pawlu?
X’insib l-aktar ta’ sfida biex nghix il-hajja b’attitudni ta’ mhabba? Kif nista’ neghleb dik l-isfida?
(Kellem lil Alla billi tuża dan il-kliem jew ohrajn li jigu f’mohhok.)
O Alla ta’ tjubija liema bhala, id-dinja ghandha bzonn kbir ta’ l-imhabba tieghek. Iftahli qalbi biex nircievi l-grazzja tieghek li nkun miftuh ghal din l-Imhabba tieghek biex inkun sinjal ta’ Imhabbtek ma’ kull min niltaqa’.