
Mattew 5:44-45
Imma jien ngħidilkom, ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom tas-sema, għax hu jtella’ x-xemx tiegħu fuq il-ħżiena u t-tajbin, u jġib ix-xita fuq il-ġusti u l-inġusti.
Gesu’ jghidilna li l-imhabba t’Alla ma tiddiskriminax bejn dawk li huma tajbin u dawk li huma hziena. Li nhobbu lil ghedewwa taghna ma hiex xi haga facli, izda bhala segwaci ta’ Kristu dan huwa dak li ahna msejhin li naghmlu. L-imhabba taghna ghandha tirrifletti l-imhabba li Alla ghandu ghal kull persuna. Gesu’ jheggina biex nikbru fl-imhabba ghal kulhadd billi nitolbu ghalihom. B’dan il-mod, nistghu naslu biex naraw bl-ghajnejn ta’ Alla u nhobbu bl-imhabba ta’ Alla.
AHSEB
Min huma n-nies f’hajti li nqis hħala ghedewwa jew persekuturi?
X’ghandi nhalli biex inhobbhom kif ihobbhom Alla?
Jien lest li nitlob il-grazzja li nhobb b’dan il-mod?
(Kellem lil Alla billi tuża dan il-kliem jew ohrajn li jigu f’mohhok.)
O Allla kollok Imhabba, kemm ghandi ghax inkun grat ghal hafna modi ta’ kif Inti turi Mhabbtek lejja. Ghinni nhares lejn huti l-bnedmin kif thares inti lejja.