jesusandmary


3. RELAZZJONIJIET B’SAHHITHOM MA’ ALLA.

Ġenesi 3:15

15U jien inqajjem mibegħda
bejnek u bejn il-mara,
bejn nislek u nisilha,
u hu jagħmel għal rasek
u int tagħmel għal għarqubu.”


Kull meta nċedu għat-tentazzjoni, bħalma għamlu Adam u Eva, ninqatgħu minn nisġa tar-relazzjoni tagħna ma’ Alla u minn mal-oħrajn. Minkejja li nitbiegħdu Minnu, Alla, li hu impenjat għal kollox f’din ir-relazzjoni maghna, wiegħed Salvatur. Huwa permezz ta’ dan is-Salvatur, l-Iben t’Alla Ġesù Kristu, li nesperjenzaw is-salvazzjoni. Nirċievu l-grazzja biex insewwu r-relazzjonijiet ma’ Alla u ma’ xulxin. Il-grazzja tat-tama tippermettilna npoġġu l-fiduċja tagħna f’Alla, naċċettaw l-imħabba u l-maħfra ta’ Alla, u nħobbu u naħfru lill-oħrajn.

AHSEB
Liema relazzjonijiet f’ħajti qed ibatu minħabba dnub tiegħi?
Għal liema dnubiet għandi bżonn infittex il-maħfra?

(Itlob lil Alla, billi tuża din it-talb jew waħda minn tiegħek.)

O Alla, int b’ġenerożità toffri d-don tal-imħabba u l-maħfra tiegħek. Għinni nagħraf il-modi li bihom nagħti dahri lil dan ir-rigal. Għinni nistrieħ fik.

Make a free website with Yola