jesusandmary

4. SABIEH IL-BILANC FIL-HAJJA.

Mattew 6:9
Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet,
jitqaddes ismek

Meta nitolbu ghandna nwarrbu kull haga, anki għal minuta, u nitfghu l-attenzjoni taghna fuq Alla. Ma hiex haga hafifa daqs kemm tidher. Gesu’ ried li d-dixxipli tieghu jipprattikaw dan it-tip ta’ talb. Il-Missierna hija t-twegiba ta’ Gesu’ ghat-talba tad-dixxipli tieghu biex jghallimhom kif jitolbu. It-talb jibda’ billi mill-ewwel mument tieghu tpoggi lilek innifsek fil-prezenza ta’ Alla. Kull haga ohra tkompli minn hawn. Meta nkunu konxji tal-prezenza ta’ Alla fil-mumenti ta’ kuljum tal-hajja taghna, hajjitna tkun bilanc.

AHSEB
Kif nibda t-talb tieghi? Min hu l-fokus tal-attenzjoni tieghi?
Meta nhoss li ma nafx nitlob, kemm inkun komdu nitlob lil Gesù jghallimni?

(Itlob lil Alla, billi tuza din it-talb jew wahda minn tieghek.)
Temm dan il-hsieb qasir billi titlob b’attenzjoni il-Missierna.


Make a free website with Yola