jesusandmary

IL-PARABBOLI TAL-LIBSA L-QADIMA U D- DAMIGGANI QODMA

 

Silta tinstab:  Mattew 9:16–17 ,  Mark 2:21–22 ,  Luqa 5:36–38

Udjenza:  Id- dixxipli ta’ Gwanni l-Battista

Kuntest:  Id-dixxipli ta’ Gwanni jistaqsu lil Gesù ghaliex il-Farizej jsumu, imma d-dixxipli Tieghu le.

Vers ewlieni:   “Hadd ma jraqqa’ libsa qadima b’bicca drapp  gdida, ghax inkella r-roqgha ssellet il-libsa, u t-ticrita tikber. Anqas ma jqieghdu l-inbid il-gdid f’damiggani qodma tal-gild, ghax inkella d-damiggani jinfaqghu, l-inbid jixtered, u d-damiggani jintilfu. Izda nbid gdid jitfghuh f’damiggani godda, u hekk izommu t-tnejn.” (Mattew 9:16).

Il-mexxejja Lhud kellhom aspettattivi ghall-Messija. Fil-fehma taghhom, Hu kellu jigi u jibni fuq it-tradizzjonijiet u l-prattici tal-Gudaizmu. Anki d-dixxipli ta’ Gwanni l-Battista ma kienux qed jifhmu ghaliex Gesù ma kienx qed izomm mal-osservanzi komuni tal-Lhud.

Gesu’, hawn qed juri s-superjorita’ tat-taghlim tieghu fuq dak li kienu jghallmu l-Farizej. Il-Vangelu tas-Saltna ta’ Kristu ma jista’ qatt jidhol u jithallat mal-mod ta’ kif kienu jipprezentaw il-hajja ta’ qdusija l-Farizej, ritwal ta’ tradizzjonijiet.

It-twegiba cara u tonda, hija li Gesù kien qed jaghmel kuntrast bejn il-Patt il-Qadim (il-Ligi ta’ Mosè, li kienet titlob twettiq bir-reqqa sabiex jinkiseb livell ta’ tjieba) mal-Patt il-Gdid tas-Salvazzjoni li jgib il-helsien permezz tal-grazzja.

It-taghlim ta’ Gesù’ ma kienx jiffitja mat-tradizzjonijiet religjuzi taʼ dak iz- zmien.

Meta l-Mulej kien fid-dinja, l-kittieba u l-Farizej akkuzawh li ma zammx il-Ligi. Hawn Kristu jirrakonta l-parabbola tal-libsa l-qadima u d- damiggani qodma.

Il-libsa l-antika hija l-Gudaizmu, il-libsa l-gdida Kristjanezmu; l-inbid il-gdid huwa l-verità tar-religjon Nisranija. Il-verità fi hdan it-Testment il-Qadim mhix f’kunflitt ma’ dik tal-Gdid. Il-Mulej gie biex iwettaq il-Ligi, mhux biex inehhiha. Imma l-Mulej irrimarka li l-kittieba u l-Farizej ma kinux jinterpretaw l-Iskrittura sewwa, li kienu gibdu minnhom taghlim falz, kienu jzidu wisq pizijiet ghal min irid jghix il-hajja qrib tal-Mulej. Id- duttrini taghhom kienu biss ilbies taʼ barra biex jghatti l- korruzzjoni spiritwali taghhom. L-inbid il-gdid huwa l-verità genwina tal-Kelma.

X'inhu dan l-inbid Gdid? U x'inhuma l-Glud tal-inbid qadim? L-inbid il-ġdid huwa l-Hajja l-Gdida tal-Grazzja li biha ġejna mbierka bl-abbundanza u l-glud tal-inbid qadim huma n-natura l-qadima taghna li waqghet u l-ligi l-qadima. Dak li qed jghidilna Gesù huwa li jekk irridu nircievu l-grazzja u l-hniena tieghu f’hajjitna rridu nhalluh jittrasforma lilna nfusna l-qodma fi kreazzjonijiet godda u jhaddan il-liġi l-gdida tal-grazzja.

Bhala nisrani ghandek tghix biex timxi fuq ix-xewqat u d-direzzjonijiet tal-Ispirtu s-Santu, li ghandhom isiru fl-imhabba, u mhux b’sett ta’ regoli.


Make a free website with Yola