jesusandmary


 IL-PARABBOLA TAL-BENNEJJA GHAQLIN U BOLOH


Silta tinstab:  Mattew 7:24–27 ,  Luqa 6:47–49

Udjenza:  Folla kbira

Kuntest:  Il-priedka ta’ fuq il-muntanja

Vers Ewlieni:  “Ghalhekk kull min jisma’ dan il-kliem tieghi u jwettqu jixbah lir- ragel ghaqli li bena’ daru fuq il-blat” (Mattew 7:24).

Li tisma’ l-kliem ta’ Gesù u tpoggih fil-prattika huwa bhal dak il-bennej li jibni hajtu fuq pedament sod u ta’ min joqghod fuqu, li jiflah ghall-maltempati tal-hajja. Ghall-kuntrarju, Gesù jwissina li min jinjora kliemu jixbah lill-bennej iblah li jibni  hajtu fuq ir-ramel.

Dan huwa l-punt li Gesù ried li s-semmiegha jifhmuh sew. Hu joffri twissija dwar in-natura tas-saltna t’Alla :

“Mhux kull min jghidli, “Mulej, Mulej,” jidhol fis-saltna tas-smewwiet, imma biss dak li jaghmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet. Dakinhar hafna jghiduli: “Mulej, Mulej, ma pprofetizzajniex f’ismek u f’ismek keccejna x-xjaten u f’ismek ghamilna hafna mirakli?” Imbaghad nghidilhom car u tond, “Qatt ma kont nafkom. Boghod minni, intom li taghmlu l-hazen!” (Mattew 7:21-23)

Ghaliex Kristu qal hekk? Ghaliex huwa facli li tkun impenjat ruhek u gismek ghall-Kristu u tahseb li inti ta’ Kristu meta dak li taghmel jkun aktar iffukat fuqek innifsek milli fi Kristu.

Kristu ried lis-semmiegha tieghu jifhmu l-principju li is-segwaci awtentici tieghu huma dak li jghixu hajja ta’ ubbidjenza lejn il-kmandamenti u t-taghlim tieghu. Mhux biss jisimghu, imma jpoggih fil-prattika mill-ahjar li jista’. Min jonqos minn dan hajtu tkun falliment.

Gesù jelabora dan il-kuncett f’din il-parabbola qasira:

 “Ghalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jaghmel li qieghed nghid jien, isir jixbah lil bniedem ghaqli li bena daru fuq il-blat. Nizlet ix-xita, gew il-widien, qamu l-irwiefen u habtu fuq dik id-dar, izda ma ggarrfitx ghax kellha s-sisien taghha fuq il-blat. Imma kull min jisma’ dan kliemi u ma jaghmilx li qieghed nghid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel. Nizlet ix-xita, gew il-widien, qamu l-irwiefen u habtu fuq dik id-dar, u ggarrfet; u kbira kienet il-qerda taghha!”  (Mattew 7:24-27).

Gesù jikkomunika dan b’mod aktar konciz fl- Evangelju ta’ Gwanni meta jghid, “Jekk thobbni, zommu l-kmandamenti tieghi” (Gwanni 14:15). Wara kollox, dan hu li jfisser meta jistedinna nimxu warajh.

Gesu’ jtina ezempju billi f’hajtu kien dejjem ipoggi l-volonta’ ta’ Alla quddiem net fil-hidma tieghu.

 

 frar2024

Make a free website with Yola