-
IL-PARABBOLA TAZ-ZERRIEGHA
Silta tinstab fil-vangelu: Mattew 13:3–23 , Mark 4:3–20 , Luqa 8:5–15
Udjenza: Folla kbira
Kuntest: Gesù jghallem hdejn l-ghadira
Vers Ewlieni: “Imma z-zerriegha li taqa’ fuq hamrija tajba tirreferi ghal xi hadd li jisma’ kelma u jifhimha. Dan hu li jipproduci l-ucuh tar-raba’, li jaghti mija, sittin jew tletin darba dak li nzera’” (Mattew 13:23).
Fil-Parabbola taz-Zergha, Gesù juza x-xbieha ta’ diversi tipi ta’ hamrija biex jikkuntrasta t-twegibiet differenti tal-qalb ghall-evangelju:
It-triq: Art iebsa fejn l-ghadu jahtaf iz-zerriegha tal-evangelju qabel ma jkollu c-cans li tiehu l-gheruq.
Postijiet tal-blat: Hamrija li hija baxxa wisq biex l-gherq tal-fidi jghix.
Xewk: Hamrija fejn hemm wisq alleanzi li qed jikkompetu ghall-ispazju fejn suppost huwa merfugh ghal Alla.
Hamrija tajba: Art fejn l-evangelju jista’ jiehu l-gheruq, jiffjorixxi u jirriproduci.
Il-punt ta’ Gesù f’din il-parabbola hu li kif nircievu l-evangelju huwa primarjament iddeterminat mill-kundizzjoni ta’ qalbna.
Qalb maghluqa ghas-smigh tal-Kelma ta’ Alla qatt ma tista’ iggib frott.
Qalb bierda ghas-smigh tal-Kelma ta’ Alla, tnissel ftit li xejn frott li jinxef jew jimmoffa malli jghaddi ftit taz-zmien.
Imma Qalb miftuha ghal dak li jrid jghidlek Alla timlilek qalbek bil-ferh tas-sema u tghinek tikber fil-hbiberija ma’ Alla. U jekk tkun taf tharisha ma johodilek hadd.