jesusandmary

 

AHNA TEMPJI TA' L-ISPIRTU SANTU

ALLA JRID JGHAMMAR FINA BIEX AHNA NGHIXU FIH U BIH

Wahda mill-uzanzi ta’ zwieg lhudi hija li fit-tmiem tac-celebrazzjoni nuzjali, ir-ragel jishaq taht saqajh tazza ta’ l-imbid.  Dan jissimboliggja il-qerda tat-tempju ta’ Gerusalemm fis-sena 70 wara Kristu. Koppji zaghzagh huma mhegga jiftakru hekk kif huma jkun bnew id-dar taghhom, d-dar ta’ Alla giet meqruda.

Madankollu Alla mhux bla dar. Huwa ghazel post biex fih jaghmel l-ghamara tieghu – jixtieq u jrid  jghammar go fina, il-mahbubin tieghu, is-segwaci tieghu. Fil-metafori ta’ l-Iskrittura, dak li jemmen f’Alla hu deskritt bhala “l-gharusa ta’ Kristu” u “t-tempju fejn jghammar Alla”. Hu jrid jghammar fil-bniedem biex ihejji “l-gharusa” tieghu ghall-festa tat-tieg etern. Ahna tempji ta’ l-Ispirtu Santu.

Minkejja li nkunu nixtiequ li Alla jghammar fina, xi kultant nhabbtu wiccna ma’ ostakoli. Naghmlu hilitna biex nirbhu dan it-tfixkil bil-ghajnuna ta’ Dak li jrid jigi jzurna. Nikooperaw ma’ Alla fix-xoghol tieghu biex insiru nixbhu lil Ibnu Gesu’.  Biex imbaghad jum wiehed il-Mulej Gesu’ juri lilu nnifsu lilna fl-aqwa tieg. Ahna nkunu qaddisa u minghajr tikmix u dan it-tieg igib tmiem lis-sofferenzi  u dieqa kollha taghna.

L-ghamara dejjiema taghna, li Alla wieghed lil min itemm ir-rieda mqaddsa tieghu hija tant differenti mid-dar taghna hawn fuq l-art li nistghu niddeskrivuha aktar b’dak li hu nieqes milli dak li hu prezenti. Hemm ma jkunx hemm biki, imwiet, tbatija jew dieqa. Il-hwejjeg ta’ din id-dinja jghibu u nibdew ingawdu dak li San Pawl irrefera ghalih bhala “ li la ghajn qatt ma rat, la widna qatt ma semghet uanqas dahal f’qalb ta’bniedem x’lesta Alla ghal dawk li jhobbuh.


Make a free website with Yola