ALLA HU S-SERHAN TAGHNA.
Fil-ktieb taghhom Dear Mrs Kennedy, Jay Lulvney u Paul De Angelis jinnotaw li fil-gimghat ta’ wara l-assassinju tal-President Amerikan, John Kennedy, l-armla tieghu Jacqueline irceviet kwazi miljun ittra minn nies ta’ kull parti tad-dinja.
Xi whud inkitbu minn kapijiet ta’ stat, celebritajiet u hbieb tal-qalb. Ohrajn inkitbu minn nies ordinarji li ndirizzawhom lil “Madame Kennedy, Washington” u “ Mrs. President, Amerika.” Kulhadd kiteb biex juri d-dispjacir u s-simpatija ghat-telfa kbira li garrbet martu. Meta n-nies ikunu ghaddejin minn salib u ahna nixtiequ noffru l-ghajnuna taghna, tajjeb li ngibu quddiem ghajnejna l-istampa ta’ “ Alla u Missier Sidna Gesu’ Kristu” bhala “Missier il-hniena u Alla ta’ kull wens” (2 Kor 1:3) Alla, Missierna tas-Sema, huwa ghajn ta’ kull hniena li jgib fejqan fuq il-batut. L-Iskrittura tghallimna li l-Mulej izommna qrib tieghu u jestedinna li naqbdu mieghu u ma nhalluh qatt.
Hekk kif Alla jhaddanna bl-idejn ta’ imhabba tieghu ahna nkunu nistghu nhaddnu ohrajn bil-wens li Alla jkun wennisna. ALLA JWENNISNA BIEX AHNA NWENSU LIL HADDIEHOR. HUWA DMIR TAGHNA LI NIEQFU MA’ MIN IKOLLU BZONN KIF U META NISTGHU. SAN PAWL JIKTEB:” IFIRHU MA’ MIN HU FERHAN U IKBU MA’ MIN HU IMBIKKI.”