jesusandmary

ALLA JHOBB LIL ULIEDU KOLLHA

 

Katie u zewgha Joe, issa jinsabu wahedhom; iz-zewgt ulied li kellhom izzewgu u ghamlu l-familja taghhom.  Katie spiss titkellem ma’ zewgha u semmilhu dawk is-snin l-imghoddija meta uliedhom kienu ghadhom zghar. Tghidlu li l-aktar mument li ma tista’ qatt tinsa’  huwa meta filghodu kienet tmur biex tqajjimhom.  Kull darba kienet tidhol fil-kamra tas-sodda taghhom u bil-mod kienet isejjehilhom b’isimhom biex ma tahsadhomx.  Kienet tghidilhom li sar il-hin biex iqumu u jippreparaw ruhhom ghal iskola.
Dan l-espisodju iffakarni meta Abraham  qam filghodu kmieni biex jobdi dak li ried minnu Alla. Min jaf Abraham kienx ta’ kull filghodu jaghmel bhal Katie?  Imma dan il-jum partikulari kien jum specjali, jum differenti mill-ohrajn. Min jaf b’liema nofs qalb mar iqajjem lil ibnu Izakk!
Imma Alla talb dan is-sagrificcju minnu u hekk kien ser jaghmel.
Abraham rabat lil ibnu u kien ser joqtlu biex jissagrifikah bhalma qallu Alla.  Izda anglu tal-Mulej waqqfu milli jaghmel dan. Alla ra li Abraham kien bniedem li izjed irid jghogob lil Mulej tieghu, milli jghogob lilu nnifsu.
Sekli shah wara din il-grajja, Alla ried is-sagrificcju ta’ Ibnu l-Ghaziz, li tant kien ihobb, biex bis-sagrificcju tieghu fuq il-Kalvarju, Huwa jpatti ghad-dnubiet tal-bnedmin  u b’hekk issehh is-salvazzjoni taghhom.
Jekk ghad fadallek xi dubju fuq l-imhabba ta’ Alla lejna bnedmin hares lejn il-Kurcifiss; dik hija prova li Alla ghandu Imhabba kbira lejk.

Make a free website with Yola