jesusandmary

 

 Djalogu bejn Alla ta' Hniena Kbira u r-ruh midimba.

- Gesu': " Ruh midimba la tibzghax mis-Salvatur tieghek. Jiena naghmel l-ewwel pass u nersaq lejk ghaliex naf li wahdek ma tasalx biex tersaq lejja. Tahrabx ghaziza ruh tieghi minn Missieri. Fittex li tkellmu bhallikieku persuna ma' persuna, aqsam hsibijietek ma' Dak Alla tieghek li tant hu hanin, li jixtieq jghidlek kliem ta' mahfra u jimliek bil-grazzi tieghu. O li kieku taf kemm hija ghaziza ir-ruh tieghek ghalija. Inzommha miktuba fuq il-palmi ta' idejja. Inti bqajt imnaqqxa fil-ferita profonda tal-Qalb tieghi. "

- Ir-ruh: " Mulej jiena nisma' lehnek li qed jistedinni biex nitbieghed mill-hajja hazina, imma ma ghandiex il-forza u l-kuragg. Il-qawwa tal-laham u tad-dlamijiet qeghdin jaghfsu fuqi u jelghbuni. Ma ghandix hila ghalihom"

- Gesù: " Jiena l-qawwa tieghek. Jiena ntik il-qawwa biex teghleb din il-glieda li ghandek mad-dlamijiet u l-qawwa tal-hazen."

- Ir-ruh : " Jiena naghraf il-Qdusija tieghek u l-biza jinkesa mieghi."

- Gesù: " Imma ghaliex tibza', binti, mill-Mulej kollha hniena? Il-Qdusija tieghi ma timpedinix li jiena nuri u minliek bil-hniena tieghi. Hares, o ruh, li minhabba fik jiena waqqaft tronn ta' Hniena fuq l-art u dan it-tronn huwa t-tabernaklu u minn dan it-tronn ta' hniena nixtieq li nizel fil-qalb tieghek. Hares lejja; ma nhiex imdawwar minn xi ezercitu ta' suldati jew qaddejja, inti tista tigi ghandi kull meta trid inti, f'kull mument, kull hin tal-jum. Ma hemmx bzonn taghmel appuntamenti mieghi. Jiena nixtieq nitkellem mieghek u nxerred fuqek il-grazzi tieghi."

- Ir-ruh: " Mulej nibza li inti ma tahfirlix ghax mimli dnubiet u mizerja. Dnubieti kotru bil-bosta."

- Gesù: " Il-Hniena tieghi hija bil-wisq kbira minn dnubietek u mill-htijiet kollha tad-dinja. Min qatt kejjel il-Hniena u t-Tubija tieghi? Ghalik inzilt mis-sema, ghalik issallabt u mitt f'tant hruxuija, ghalik il-Qalb Santissima tieghi giet minfuda b'daqqa ta' lanza u minnha harget xmara ta' Mhabba u Hniena bla tarf. Ersaq lejn din il-ghajn u ixrob minnha ilma ta' grazzi; minnha imla r-recipjient tal-fiducja bil-grazzi tieghi. Jiena qatt ma nwarrab minni dik ir-ruh li tumilja ruhha quddiemi. Il-mizerja tieghek tintilef fl-abbiss tal-hniena divina tieghi. Ghamilli pjacir, tini id-dwejjaq kollha tieghek, tini il-mizerja kollha tieghek u jiena nimlik b'tezor tal-grazzi."

- Ir-ruh: " Mulej inti rbahtli il-qalbi tieghi tal-gebel bit-Tjubija tieghek. Arani ser nersaq lejn it-Tribunal tal-Hniena Divina tieghek bil-fiducja u umilta' u ahfirli inti stess permess ta' l-id tar-rappresentat tieghek. Mulej ara nizlet fuq l-kotra tal-grazzi tieghek u s-sliem ghammar f'qalbi. Inti hfirtli aktar milli stennejt, aktar milli mmaginajt. Ara Gesu' jiena nistednek biex tigi tghammar fil-qalb tieghi bhala radd il-hajr. Zbaljajt bhall-iben il-hali meta hrigt barra mit-triq it-tajba, imma inti ma waqaftx tigri warajja. Zid l-hniena u l-grazzi tieghi Mulej ghaliex jiena debboli."

- Gesù: " Binti, la ssemmix il-mizerja tieghek aktar ghaliex jiena hfirtlek u nsejtha. Ismaghni binti dak li rrid nghidlek: haddan il-pjagi tieghi u imla lil-qalbek b'dak kollu li tixtieq mill-vera ghajn tal-Hajja. Ixrob minnha u ma jaqbdek ebda ghatx aktar. Itfa' l-harsa tieghek fuq l-isplendur tal-Hniena Tieghi u tibza' qatt mill-ghedewwa tas-salvazzjoni tieghek. Fahhar il-Hniena tieghi u gharrafha lil haddiehor"

 

Make a free website with Yola