jesusandmary

 

 GESU' FID-DEZERT

 

L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mark.
Mk 1, 12-15

F’dak iż-żmien: L-Ispirtu ħareġ ’il Ġesù fid-deżert. U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-xitan. U kien jgħix qalb il-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli. Wara li arrestaw ’il Ġwanni, Ġesù mar fil-Galilija jxandar il-Bxara t-tajba ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-saltna ta’ Alla waslet: indmu u emmnu fil-Bxara t-tajba.”

Omm gemel u t-tifel taghha kienu qed jitkellmu bejnithom u t-tifel staqsieha: “Ma ghaliex ghandna saqajna miftuha?” Wegbitu l-omm: “ Sabiex inkunu nistghu nimxu fuq ir-ramel tad-dezert minghajr ma ngherqu fih.” “Ma,” rega’ staqsa t-tifel: “Ghaliex ghandna x-xaghar t’ghajnejna daqshekk twil?” “ Sabiex ma jidhlilniex ramel f’ghajnejna, ibni waqt li nkunu nivvjaggaw fid-dezert.” Mill-gdid it-tifel staqsa: “ Ma ghaliex ahna l-igmla ghanda din il-hotba hekk kbira fuq daharna?” L-omm kienet se tisbel, izda bil-pacenzja kollha qaltlu: “ Biex inkunu nistghu nivvjagaw fit-tul fid-dezert minghajr ma nixorbu ilma ghal zmien twil.” “Issa qed nifhem”, qalilha it-tifel, “Mela ghandna saqajn wiesgha biex ma nerqghux fir-ramel tad-dezert, ghandna x-xaghar ta’ ghajnejna twil biex izomm ‘l boghod ir-ramel minn ghajnejna u l-hotba biex nkunu nistghu nghaddu periodi twal minghajr ma nixorbu ilma. Mela ma x’ahna naghmlu hawn fiz-zoo ta’ Toronto?”

Il-hajja moderna kultant taghmel lil bniedem jhoss ruhu bhal gemel fiz-zoo. Bhal igmla fid-dezert ikollna bzonn kultant imorru fid-dezert biex naraw min ahna tassew. U li kultant ninqatghu ghalina nfusna mill-istorbju tad-dinja huwa tip ta’ esperjenza tad-dezert.

Id-dezert kien il-post fejn twieled il-poplu t’Alla. Il-Lhud harbu mill-Egittu u minkejja li kienu jghoddu tnax-il tribu sar poplu wiehed meta dahlu fl-Art Mwieghda. Fil-kors ta’ l-istorja taghhom meta l-imhabba u l-fedelta’ taghhom lejn Alla birdet, il-profeti kienu jhajruhom biex jidhlu dahla fihom infushom u jiskopru mill-gdid il-vokazzjoni taghhom, l-identita’ taghhom u l-missjoni taghhom biex b’hekk iqajmu ghall-hajja gdida il-fidi u r-relazzjoni taghhom ma’ Alla. Il-profeti Elija u Gwanni l-Battista kienu nies tad-dezert. Ghexu fid-dezert u addottaw il-hajja semplici tad-dezert u fid-dezert Alla ghallimhom biex huma wkoll jghallmu lil haddiehor u jwasslulu l-messagg divin.

Naqraw fil-vangelu li wara li Gesu’ tghammed “l-Ispirtu ħareġ ’il Ġesù fid-deżert. U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-xitan. U kien jgħix qalb il-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli.” Id-dezert kien l-iskola fejn Gesu’ gharaf jiddistingwi l-lehen t’Alla minn dak tax-xitan – it-tentazzjoni. Kemm nisimghu ilhna mir-radd tas-salib sa ma mmiddu rasna fuq l-imhadda filghaxija. Ilhna li ma jinghaddux – ilhna fil-gazzetti, ilhna fuq ir-radju, ilhna fuq t-televizzjoni, ilhna ta’ dawk li huma madwarna minghajr ma nnaqqsu l-ilhna ta’ go fina. Fil-kwiet biss nistghu nsaffu dawn ilhna biex jibqghu biss dawk ta’ Alla, dawk l-ilhna li jressquna lejn il-qdusija.

Fil-kwiet u l-ghaqda m’Alla naslu biex ngharfu lilna nfusna, il-qawwijiet taghna u d-dghufija taghna. Naslu biex niddistingwu l-annimali selvaggi ta’ go fina u nrazznuhom. Nitghallmu nikkontrollaw il-vanaglorja jew il-mibgheda ta’ go fina lejn il-proxxmu jew fi ftit kliem nhollu l-irbit li jzommna lsiera tad-dnub. Fis-silenzju tad-dezert naslu biex naslu biex naghmlu paci ma’ Alla u maghna nfusna u nesperjenzaw l-effetti sbieh taghha. Ilkoll nistghu noholqu dan id-dezert fil-hajja taghna kaotika. Noholqu spazju lil Alla fejn mieghu inkunu nistghu nghaddu ftit tal-hin, nitolbu u nisimghu l-kelma tieghu u b’hekk nghidu iva lil Alla u le lid-demonju. Ikun ta’ gid ghalina dan iz-zmien tar-Randan, zmien li fih ghandna nahdmu aktar ghall-grazzja t’Alla.

Make a free website with Yola