GESU' JITKELLEM MAD-DIXXIPLU TIEGHU: (1)
GESU' |
Ejjew intom ta’ qalbkom imhabbta u mtaqqla u Jiena nfarragkom. Min hu tajjeb jigi ghandi halli jitqaddes aktar; dak li hu biered jigi ghandi sabiex jiena nibdlu fi bniedem ferventi: dak li hu midneb jigi ghandi halli jiena nehilsu minn dnubietu u nqaddsu bil-grazzja tieghi. Itfghu ghajnejnkom fuq l-umanita’ fragli! Fejn hu l-bniedem li qatt ma dineb? Ghaliex min jghid li ma ghandux dnub, ikun iqarraq bih innifsu u l-verita' ma tinsabx fih. Ibni/Binti jekk inti thoss it-toqol ta’ dnubietek jew inkwetat bid-difetti, ghaggel ersaq lejn il-Qalb tieghi u jiena nehilsek u tkun tista’ tiehu nifs gdid. Thalli qatt li t-toqol ta’ dnubietek jimpeduk li tersaq Lejja. Jiena ma gejtx insejjah lill-gusti izda lill-midimbin ghal-indiema. Aktar ma l-mizerji tieghek huma kbar aktar jiena tigini hniena minnek; aktar ma inti marid, aktar ghandek bzonn ta’ tabib. Jiena mhux ser nitkaza bil-waqghat tieghek ghaliex naf id-dghufija tal-qalb tal-bniedem. Li ma waqghajtx fi dnubiet aktar gravi, dan tafu lill-grazzja tieghi. Niskanta li meta nipprezenta lili nnifsi quddiemek biex infejqek, inti ma tkunx trid jew tkun trid izda tibda’ tuddubita mit-tjubija tieghi. La tirrifjutax o Ruh din il-grazzja ghaliex inhoss li dan hu nsult. Il-qalb tieghi qatt ma tghejja tahfer. Huwa l-bniedem li jghejja jitlob mahfra. Ara b’liema tjubija jiena nittrata l-midimbin niedma, tant li gejt imsejjah habib tal-midimbin. Hadd ma ghandu mhabba akbar minn din li wiehed jaghti hajtu ghal hbiebu u jiena Iben Alla ghandi mhabba akbar minn din ghaliex hajti tajtha ghal ghedewwa tieghi. Il-Qalb tieghi tifrah meta l-midimbin iduru lejja biex naghmilhom qaddisin. Jiena nhobb hafna lill-bnedmin. Min qed isofri u jiena mhux qed inbati mieghu? Min ma jidnibx u Qalbi mhux offiza? Min hu marid u Jiena ma noffrilhux fejqan? Min qed igarrab id-dieqa u Qalbi ma taqsamx id-dwejjaq tieghu mieghu? Min hemm fid-dinja li Qalbi ma tferrix it-tjubija fuqu? Jiena bhal Missier hanin u tajjeb, u lil huti li jiena fdejt fuq is-salib, nghozzhom, u Qalbi dejjem miftuha berah ghalihom sabiex isibu kenn fiha. Jiena dejjem nahseb fihom anke waqt li huwa reqdin. U jekk l-ghadu tieghi jisraqhomli Qalbi tikbi ghalihom bhalikieku mietu, izda Jiena nibqa’ nigri warajhom, nistenna u nhabbat wara biebhom sakemm jisimghuni. U meta jifthuli l-bieb ta’ qalhom, Qalbi taqbez bil-ferh. Intir biex niltaqa’ maghhom, inhaddanhom ma’ sidri ghaliex nara li wara li kienu mejta issa qamu ghall-hajja gdida u resqu u sabu l-kenn Ghandi. Fil-ferh tieghi nistieden lis-smewwiet kollu jifrah mieghi. Jekk trid tferrahni, u tferrah mieghi s-smewwiet saffi lir-ruhek u kkonverti. Ma jimporta xejn jekk inti dnibtx hafna jew ftit; ejja u sib il-mistrieh tieghek fil-Qalb tieghi u jiena infejqek mill-mard tieghek kollu. Ejja ghaziz/a binti/ ibni qed nistenniek b’dirghajja miftuha |
DIXXIPLU |
Arani O Gesu’ helu tieghi ser nersaq lejk assigurat minn imhabbtek. Nghidlek bl-umilta’ kollha jiena iben/ bint prodigu/a tieghek gej ghandek kollni mizerja. Ma jisthoqqlix nissejjah ibnek/bintek. Anqas ma jisthoqqli li ninxtehet f’dirghajk imma ser ninxtehet fl-art quddiemek minn tuli ghax jiena trab u nitolbok mahfra u hniena. Tassew li Inti spiss sejjahtli u jiena hrabt minnek; waqaft mieghi u jiena abbuzajt minn hnientek u tjubitek. Mahfra, mahfra u mahfra nitolbok. Ghalli gej ma nergax noffendik. Naghtik kelmti li nkun fidil Lejk u naghmel dak kollu li titlob minni. |