jesusandmary

 

Il-Hames Hobziet u z-Zewg Hutiet

 

Jamieson, gabilott li l-hajja dahqitlu u li kien ukoll bniedem li jibza’ minn Alla, kien qed jitlob lejla wahda ma’ ibnu qabel dan dahal jorqod.  “Ejjew nitolbu ghal dak ir-ragel li jghix fit-tarf tat-trieq sabiex il-Mulej Alla jaghtih l-ghajnuna li tant ghandu bzonn.”

 Ibnu jdur lejh u jghidlu: “ Le Missier ma ghandniex bzonn noqghodu ninkwetaw lil Alla.  Nistghu nghinuh ahna.” Jamieson qed jipprova juri komprensjoni ghal-ghajru billi jitlob ghal dak il-povru ragel tat-tarf tat-triq. Imma kif jurih ibnu, it-talb u x-xewqat tajba taghna kultant ma humiex bizzejjed.  Meta nersqu lejn Alla nitolbuh xi haga, Alla jwegibna: “ Imma inti tista’ taghmel dik il-haga inti stess.”

 U dan hu l-messagg li qed jurina l-episodju tal-vangelu li jitkellem mill-grajja ta’ meta Gesu’ tema’ lill-folla kbira b’zewg hutiet u hames hobziet. Id-dixxipli huma tant preokkupati bil-folla tan-nies li kienet bil-guh li talbu lil Gesu’ biex jibghathom halli jkunu jistghu jixtru xi haga biex jieklu.  Imma Gesu’ jghidlhom: “Hey, tuhom xi haga biex jieklu intom. Din il-haga tistghu taghmluha intom.”  Kien hawn li ftakru f’wiehed tfajjel li kellu hames hobziet u zewg hutiet u li b’ghageb kbir taghhom kienu aktar minn bizzejjed biex il-folla taqta’ l-guh.

 Ghaliex id-dixxipli ma hasbux qabel biex jaqsmu dak li kellhom mal-folla?  Forsi ma kienx jimpurthom? Iva kien jimpurthom u kienu jixtiequ kull gid lin-nies li mxew wara l-imghallem taghhom.  Imma probabilment kienu realistici u prattici : ma setghux jitimghu b’hames hobziet u zewg hutiet lill-folla ta’ hamest elef ragel barra n-nisa u t-tfal.

 Dan narawh b’mod aktar car fil-vangelu ta’ San Gwann fejn wiehed mid-dixxipli, Indri, jghid lil Gesu’: Hawn tfajjel li ghandu hames hobziet tax-xghir u zewg hutiet.  Imma dawn kollha ma jservux ghal din il-folla daqshekk kbira.

 Imma Kristu jsejjah lid-dixxipli tieghu biex ikollhom fiducja fih. Fiducja li tmur ‘l hemm mill-logika umana u r-realta’.

 Hafna minna nistghu nidentifikaw ruhna ma’ l-appostli.  Nezawinaw lilna nfusna u nsibu li l-kura u l-kompassjoni ghal dawk ta’ madwarna tasal sat-talb u xewqat tajba.  Mhux ta min jistghageb allura li l-kartolini mgharufa bhala “get well cards” huma daqshekk popolari. Bhad-dixxipli nixtiequ kull gid lil ghajrna pero’ ma jkollniex intenzjoni li niehdu azzjoni posittiva biex nirrangaw is-sitwazzjoni.

 U biex nipperswadu ruhna nixtiequ kull gid u nieqfu hemm, inhossuna komdi  bil-hsieb li dak li nistghu naghmlu tant hu ckejken u minghajr profit, li ma jkunx ser jaghmel differenza.  Imma l-vangelu  jurina li meta nsarrfu l-kura u l-passjoni f’azzjoni posittiva, il-ftit li nkunu nistghu naghmlu jitkattar bil-grazzja t’Alla b’tali mod li jsir aktar minn bizzejjed ghal min ikun fil-bzonn.  Seta’ kieku ried Gesu’ jipprovdi l-ikel mix-xejn izda huwa ried il-ftit sforz mid-dixxipli.  Hekk ukoll Gesu’ jista’ jghin il-batut imma jrid l-isforz taghna zghir kemm u zghir, jixtieq li noffru l-“hames hobziet u z-zewg hutiet” li ghandna.

 Il-mewg kien tefa’ fuq ir-ramel hafna stillel tal-bahar tant li kienu qed imutu fuq ir-ramel minhabba s-shana qalila tax-xemx.  In-nies li kienu qed jimxu fuq ir-ramla kienu qed jirfsu u jishqu dawn l-istillel tal-bahar.  Pero’ tfajjel indjan kien qed jimxi aktar bil-ghaqal u jara fejn qed jirfes.  Bl-attenzjoni kollha kien jitbaxxa u jigbor stilla tal-bahar u jarmiha mill-gdid fil-bahar.  Ragel li kien qed jarah resaq lejh u qallu: “ Zaghzugh, x’tahseb li qed taghmel? B’dawn l-eluf kollha ta’ stillel tal-bahar, tahseb inti li ser taghmel xi differenza titfa’ wahda jew tnejn mill-gdid fil-bahar?  “  It-tfajjel indjan  tbaxxa mill-gdid, gabar stilla tal-bahar ohra, u waddabha fil-bahar filwaqt li wiegeb: “ Ghal din, iva, taghmel differenza u differenza kbira ghax flok qed tmut naqra naqra, regghet mill-gdid hadet il-hajja.”

 Bhala individwi, bhala kommunita’ u bhala dinja ahna ilkoll nsofru kull guh – nuqqas ta’ ikel, nuqqas ta’ imhabba, nuqqas ta’ paci etc….. Alla kapaci jimla’ dan il-vojt.  Imma Huwa  jistenna rgiel u nisa li jemmnu bizzejjed biex jaghtu dak il-pakkett ta’ l-ikel taghhom, dawk il-“hames hobziet u z-zewg hutiet”  biex il-miraklu ikun possibli.

Make a free website with Yola