IL-QAWWA TA’ GESU’ EWKARISTIJA
Gesu’ Ewkaristija hu l-“Emanuel” jigifieri”Alla huwa maghna” (Matt. 1,23). Gesu’ Ewkaristija huwa fostna. Nitghallmu naghrfuh, inhobbuh u nghixuh.
Meta San Gwann Marija Vianney wasal fil-villagg zghir ta’ Ars li ma kien jissemma mkien, xi hadd qallu b’dispjacir: “ Hawn ma ghandek taghmel xejn.”
“Raguni bizzejjed biex inxammar il-kmiem u nibda’ nahdem,” wiegbu l-qaddis.
U beda’ jaghmel xi haga mill-ewwel. X’ghamel?......Kien iqum fis-saghtejn ta’ filghodu u fid-dalma tal-knisja zghira li taghha kien responsabbli, kien jitlob quddiem Gesu’ Sagrament. Jghid l-ufficju divin, jaghmel il-meditazzjoni tieghu, u jipprepara ghall-quddiesa. Wara l-quddiesa kien jaghmel ir-ringrazzjamenti tieghu u jibqa’ jitlob sa nofs in-nhar, dejjem gharkubtejh bil-kuruna tar-Ruzarju f’idejh u harstu fissa lejn it-tabernaklu.
U hekk kienet hajtu ghal xi zmien.
Wasal il-mument li jbiddel l-hinijiet tieghu. Gesu’ Ewkaristija u l-Imqaddsa Vergni Marija bdew iressqulu l-erwieh ta’ dik il-parrocca fqajra, sa ma il-knisja ma setghitx tesa aktar il-follol li kienu jfittxuh. Hafna nies kienu sahansitra jigu minn nhawi mbieghda ta’ Franza. Il-konfessjonarju tieghu dejjem kien ikollu follol ta’ midimba jistennew li jqerru ghandu. Il-kurat qaddis kien kostrett li jghaddi ghaxar, hmistax u anke tmintax-il siegha jqarrar.
Kif din t-trasformazzjoni kollha? Knisja fqira, altar dezert, tabernaklu abbandunat, konfessjonarju antik, sacerdot bla ebda don specjali: kif seta’ jahdem bidla hekk kbira f’dak il-villagg minsi?
L-istess domandi nistghu naghmluhom ghall-pajjiz tal-Gargano, S. Giovanni Rotondo li sa xi ghexiren tas-snin ilu, hadd ma kien ghadu sema’ bih. Il-lum San Giovanni Rotondo huwa centru ta’ hajja spiritwali u kulturali ta’ fama internazzjonali.
Kien kopja perfetta ta’ Ars. Din il-bidla sehhet bil-qawwa ta’ l-Ewkaristija, bil-forza li tohrog mit-tabernalu u li imliet lil Kurat t’Ars u lil San Piju minn Pietralcina b’dik il-qawwa biex jahdmu halli eluf u eluf ta’ erwieh jersqu lejn Alla.
Din il-bidla sehhet minhabba l-Ewkaristija, Alla hu maghna u fostna, hu l-“Emanuel”. Il-Mulej Gesu’ hu prezenti fit-Tabernakli tal-knejjes taghna bil-Gisem, id-Demm, ir-Ruh u d-Divinita’. Hu Gesu’ mohbi taht l-apparenza tal-hobz, imma realment u fisikament presenti fl-Ostja kkosagrata biex jghix maghna u qalbna u jahdem permezz taghna. Hu qieghed ghad-disposizzjoni taghna.
Jghallem il-qaddis Papa Piju XII li wiehed u identiku hija l-Kelma t’Alla u Iben Marija, li bata fuq is-salib, li hu presenti fl-Ewkaristija u li jsaltan fis-smewwiet.”
Gesu’ Ewkaristija qieghed maghna u f’nosfna bhala huna, bhala habib, bhala gharus tar-ruh taghna. Huwa jixtieq jigi go fina biex ikun ikel ghalina ghall-hajja eterna, ikun Imhabba ghalina, ikun is-sotenn taghna. Jixtieq jghaqqadna mieghu biex ikun is-Salvatur taghna, Dak li johodna fis-saltna tas-smewwiet biex ingawduh ghal dejjem.
Meta tana l-Ewkaristija, Alla tana kollox. Santu Wistin jesklama u jghid: “ Alla li huwa omnipotenti, ma setghax jaghtina aktar milli tana; li Hu gherf bla qies ma kienx jaf jaghtina aktar; li hu ghani ma kienx jaf jaghtina aktar.”
Nersqu lejn l-Ewkaristija. Gesu’ jrid ikun taghna biex ahna nkunu tieghu u biex iqaddisna. Kienet tghidlu Santa Gemma Galgani: “ Gesu, ikel ta’ erwieh qawwija – naddafni minn kull htija, qawwini kontra kull dghufija, qaddisini biex nixbhek.” Niehdu sehem mill-Ewkaristija b’qalb nadifa u mimlija nar ta’ imhabba, bhal qaddisin permezz tar-riflessjoni, il-meditazzjoni u studju fuq dan is-sagrament t’imhabba