jesusandmary

 

Il-Fidi tieghi fi Kristu.

 

 Gesu’ kien jinsab taht il-portiku ta’ Salamun fi zmien lli kienu qed tigi ccelebrata l-festa tad-Dedikazzjoni gewwa Gerusalemm. Il-festa tad-Dedikazzjoni hija l-festa tad-dwal li ddum sejra 8 ijiem. Tkun iccelebrata biex titfakkar ir-rebha tal-Makkabej fuq is-Sirjani.  Popolarment hija maghrufa bhala il-Festa tad-Dwal.  Din il-festa hija assocjata ma’ miraklu fejn il-lampi damu tmint ijiem mixghula waqt li t-tempju ta’ Gerusalemm kien qed jigi ridedikat lil Alla, minkejja li kien hemm zejt biex jinxtghelu l-lampi ghal-jum wiehed biss.

 Kien hawn li l-lhud staqsewh : “jekk inti l-Messija ghidilna car u tond.”  U Gesu’ wegibhom: “Ghidtilkom li jien hu u intom ma emmintunix.”

 Huwa biss permezz tal-fidi li ahna nemmnu li Kristu hu l-Messija, l-Iben Alla.  Meta l-Papa Gwann Pawlu II kien qed jindirizza liz-zaghzagh gewwa Tor Vergta fis-sena 2000 tkellem maghhom fuq l-iskola tal-fidi. Ghal mistoqsija ta’ Gesu’, “ Min jghidu n-nies li jiena?”, hemm hafna twgibiet, imma imbaghad Gesu’ isir aktar personali u jistaqsi’ “Imma intom min tghidu li jiena?”

Biex inwiegbu seww din il-mistoqsija nenhtiegu l-ghajnuna u l-grazzja tal-Missier. Biex inwiegbu bhal ma wiegeb Pietru “ Inti Kristu l-Iben t’Alla il-haj”, nehtiegu l-grazzja t’Alla. Imma ghalkemm hija xewqa kbira t’Alla li kull bniedem isalva, huma biss dawk ta’ qalb safja u umli li huma kapaci li jircievu d-don tal-grazzja.  Il-veru gherf fil-bniedem hu li jafda f’Alla.

 San Tumas jikkumenta dan li gej fuq dan il-passagg evangeliku: :Grazzi ghax-xemx li jiena fid-dawl taghha nista' nara, imma jekk naghlaq ghajnejja ma nibqax izjed nara; dan mhux tort tax-xemx izda tieghi.”

 Gesu’ jghidilhom biex jemmnu jekk mhux minhabba fih imma minhabba fl-opri li kien qed iwettaq f’isem Alla. “l-opri li qed naghmel f’isem Missieri jixdhu ghalija.” 

Gesu’ jaf minn huma n-nghag tieghu u dawk li huma mill-merhla tieghu jisimghu lehnu.  Il-fidi tghinna li nikkominikaw ma’ Alla permezz tat-talb. X’hinu t-talb jekk mhux dak il-mezz biex nikkomunikaw ma’ Gesu’ li jhobbna u li johodna ghand Missieru. U risultat tal-fidi u t-talb taghna hu l-hajja eterna.

Make a free website with Yola