jesusandmary

 

 

 

IL-HADD HU JUM IL-MULEJ. NHALLUH KIF INHU.

L-appostli mill-ewwel gharfu l-htiega u importanza li l-Kelma t’Alla ma ghandix issofri minhabba l-hwejjeg materjali. Huma kienu jqassmu ikel u gid iehor materjali lill-foqra u dan kien johdilhom hafna zmien, barra li ma kienux ilahhqu ma’ kulhadd. Il-missjoni taghhom kienet li jghallmu l-bxara t-tajba mad-dinja kollha.

Ghalhekk hasbu biex jaghzlu xi djakni biex dan ix-xoghol ta’ karita’ jiehdu hsiebu huma u b’hekk isibu aktar hin ghat-tixrid tat-taghlim. Fost dawn id-djakni ghazlu lil San Stiefnu l-ewwel martri. Huma kienu qeghdin hemm biex ixandru l-Kelma ta’ Kristu.

Messagg qawwi hafna biex ahna l-insara nqieghdu lil Alla fil-hajja taghna fl-ewwel post. Xejn ma ghandu johodlu postu. Hasra kbira tara nsara li l-flus ghalihom huma l-allat taghhom. Jahdmu l-Hadd u s-serq ma ghadux dnub ghalihom.

Il-jum tal-Mulej qieghed hemm biex ahna napprofettaw ruhna minnu u noqorbu izjed lejn il- Mulej, Alla taghna permezz ta’ opri tajba ( qari spiritwali, zjajjar lill- morda jew lil anzjani li jghixu wahedhom etc ) li minhabba il-hajja mghaggla ta’ matul il-gimgha narawhom tqal biex nwettquhom. Dak hu li jfisser it-tielet kmandament : Hares il-Hdud u l-btajjel kollha. Nistaqsi lili nnifsi : Fejn hu Alla fil-programm tieghi tal-Hadd ?

Fil-QOSOR :

Xejn u ebda haga ma ghandha tidhol bejni u bejn Alla, il-Kreatur tieghi.

Il-Hadd jew l-btajjel huma l-jiem li fihom indur dawra mar-ruh tieghi. Dawn ma humiex jiem li fihom niddeverti l-gurnata kollha.

Jekk nara li xi haga hija ta’ tfixkil fil-qadi ta’ dmirijiet nwarrabha minnu fih bhalma ghamlu l-appostli.

Make a free website with Yola