jesusandmary

MID-DJARJU SPIRITWALI TA’ SWOR FAWSTINA. (3)
Gunju 18

Il-lum it-tabib tani parir li ma nattendix ghall-Quddiesa imma li nircievi biss lil Gesu’ fit- Tqarbin. Xtaqt li nattendi l-quddies imma il-konfessur tieghi bi qbil mat-tabib qalli biex nobdi. “Hija ir-rieda t’Alla, sor, li tiehu sahhtek mill-gdid, u ma ghandek taghmel ebda penitenza, hi x’inhi. Sor, kun ubbidjenti u Alla jippremjak.” Hassejt li l-kliem tal-konfessur kien gej minn Gesu’ u ghalkemm hassejtni imdejjqa li ser nitlef il-quddiesa, li matulha Alla kien jaghtini l-grazzja li nara lil Gesu’ tarbija, madankollu, jiena poggejt l-ubbidjenza l-ewwel u qabel kollox. Jiena ingbart fit-talb u ghidt il-penitenza. Imbaghad f’daqqa wahda ilmaht lil Gesu’ li qalli: ” Binti kun af li taghtini iktar glorja meta toqghod taht l-ubbidjenza milli taghmel talb twil u mortifikazzjoni.” Kemm hi haga sabiha li tghix taht l-ubbidjenza, li nkun konxja tal-fatt li dak kollu li naghmel ikun jghogob lil Alla. (894)

Meta kont qed naghmel il-meditazzjoni tieghi, jiena smajt dawn il-kelmiet: “Binti, inti taghtini ringrazzjamenti kbar meta inti toqghod b’pacenzja kbira ghar-rieda tieghi u inti takkwista merti akbar milli meta inti issum jew taghmel xi mortifikazzjoni ohra. Dan is-sagrificcju jghogobni u mimli hlewwa. Jiena niggustah hafna;
ghandu qawwa kbira.” (904)

Make a free website with Yola