IL-HNIENA DIVINA FIR-RUH TIEGHI
(mid-Djarju ta' Santa Fawstina Kowalska)
L-ewwel ktejjeb
O imhabba eterna, armarli mpingi x-xbiha qaddisa tieghek u urini l-ghajn tal-Hniena Divina tieghek li jiena ma nistax nifhem. Inti tbierek lil min jersaq lejk bir-raggi tieghek, u lir-ruh mbieghda minnek itfa' fiha s-shana ta' imhabbtek. O hanin Gesu, inti waqqaft it-tronn ta' inhabbtek hawnhekk biex tghin lill-midimbin u tghanihom bil-glorja tieghek. Minn dik il-Qalb minfuda, bhala ghajn cara, igelgel il-konfort ghal-erwieh u ghall-qlub niedma. Jinghata unur u glorja minghajr waqfien lil din ix-xbiha mill-qlub tal-bnedmin. Tintelaq kull qalb fil-Hniena Divina kull mument u ghal dejjem ta' dejjem. Alla tieghi, jekk nitfa' harsti lejn il-gejjieni, tolqotni l-biza'; imma ghaliex nhares lejn dak li ghadu gej? Ghaziza ghalija hija s-siegha tal-prezent, ghaliex il-futur ma hux post fejn tghammar ir-ruh tieghi. Iz-zmien li ghadda mhux fis-setgha tieghi biex imbiddel, nikkoregi jew inzid xi haga ohra. La l-ghorrief u anqas il-profeti ma setghu jaghmlu hekk. Ghaldaqstant nafdaw f'idejn Alla dak li ghadda minn ghalina. O mument tal- prezent inti biss tappartieni lili, nixtieq naghmel uzu minnek kemm nista', u ghalkemm jiena zghira u debboli aghtini l-grazzja tal-qawwa tieghek. Ghalhekk nafda fil-Hniena Divina tieghek. Nimxi ‘l quddiem bhal tfajjel u kull jum jiena noffri il-qalb tieghi taqbad bl-imhabba ghal akbar glorja tieghek.
Alla u l-Erwieh
Sultan tal-Hniena, mexxi lir-ruh tieghi Swor M Fawstina tas- Sssmu Sagrament. O Gesu' tieghi b'fiducja noffrilek eluf u elf ta' kuruni minsuga u jiena naf li kollha jwarrdu meta tixghel fuqhom ix-Xemx Divina. O Sagrament kbir, li tahbi lil Alla tieghi, O Gesu' ibqa' mieghi kull mument, u ruh ma tinhakem minn ebda biza'.
(Wilno, 28.VII.1934 L-Ewwel Pagna Alla u l-Erwieh. )
Tkun meqjuma s-Santissima Trinita' issa u f'kull zmien. Tkun meqjuma fl-opri kollha taghha u fil-kreaturi kollha taghha. Tkun ammirata u mghollija il-kobor tal-Hniena Divina Tieghek O Alla. Jehtieg li niehu noti tal-laqghat tar-ruhi tieghi, Mieghek O Alla, f'mumenti partikolari taz-zjajjar tieghek. Jehtieg li nikteb fuqek, O Esseri li hadd ma jista' jifhmu fil-Hniena lejn ir-ruh misera tieghi.
Ir-rieda mqaddsa tieghek hija l-hajja tar-ruh tieghi. Jiena hadt dan l-amar minn min qed flokok, O Alla, hawn fuq l-art u urieni l-volonta' mqaddsa tieghek.
Ara Gesu' kemm hija haga tqila ghalija li nikteb u ma nafx niddeskrivi car dak li jiena nhoss f'qalbi ghalik. O Alla forsi l-pinna tista tiktebdawk il-hwejjeg li ghalihom ma jezistu anqas kliem? Imma O Alla, ordnali li nikteb u dan hu bizzejjed ghalija.