jesusandmary

 

IL-HOBZ TAS-SEMA

EVANGELJU 
Qari mill-Evanġelju ta’ San Ġwann.
Ġw 6, 1-15

F’dak iż-żmien: Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien għamel fuq il-morda. Ġesù tela’ lejn il-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib il-Għid, il-festa tal-Lhud.
Ġesù refa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-Ħobż biex dawn jieklu?” Dan qalulu biex iġarrbu, għaliex hu kien jaf x’kien sejjer jagħmel. Filippu wieġeb: “Mitejn dinar ħobż ma jkunux biżżejjed għalihom, biex kull wieħed minnhom jieħu ftit.” Wieħed mid-dixxipli, Indri ħu Xmun Pietru, qallu: “Hawn żagħżugħ li għandu ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar; imma dawn x’inhuma għal daqs dawn nies?” “Qiegħdu n-nies bilqiegħda,” qal Ġesù.
Dik in-naħa kien hemm ħafna ħaxix. Għalhekk l-irġiel, li kienu jgħoddu xi ħamest elef, qagħdu bilqiegħda. Ġesù ħa l-ħobżiet, radd il-ħajr, u qassam ’il dawk li kienu bilqiegħda, u hekk għamel ukoll mill-ħut, kulħadd ħa kemm ried. Meta xebgħu, qal lid-dixxipli: “Iġbru l-frak li baqa’, biex xejn ma jintilef.” Marru mela jiġbruh, u mlew tnax-il qoffa bil-frak li dawk li kielu kien ħallew mill-ħames ħobżiet tax-xgħir.
Għalhekk dawk in-nies, meta raw is-sinjal li għamel Ġesù, qalu: “Dan hu tassew il-profeta li għandu jiġi fid-dinja.” Imma Ġesù, meta fehem li kienu ġejjin biex jeħduh bilfors ħalli jagħmluh sultan, reġa’ warrab waħdu fuq il-għoljiet.


APPLIKAZZJONI: Minkejja li Gesu’ kellu f’mohhu l-preparazzjojni tal-poplu ghad-diskors li kien ser jaghmel l-ghada fuq l-ikel tas-smewwiet, il-mottiv principali li ghamel dan il-miraklu kien il-kompassjoni lejn il-folla bil-guh. Ghaliex il-poplu kien ilu jimxi wara Gesu’ il-jum kollu u xi whud ghal granet shah. Forsi kien hemm xi whud li kienu ser iduru kontra tieghu meta jasal il-mument tal-krucifissjoni, izda huwa ma ghamel l-ebda distinzjoni bejn wiehed u iehor. Huwa ttratta lil kulhadd l-istess. Dan il-miraklu ghandu jikkonvincina li Kristu jiehu hsiebna anke materjalment fil-htigijiet taghna ta’ kuljum. Daqshekk iehor jiehu hsiebna fil-mixja taghna lejn is-sema. Jigri maghna u jaghtina idejh biex nibqghu mexjin ‘ l quddiem u jekk nitfixklu jqajjimna fuq saqajna biex nkomplu t-trieq taghna.

Biex nirbhu d-diffikultajiet taghna ta’ kuljum ma hemmx bzonn mirakli izda fidi f’Gesu’ li jaf imexxina fi trieq imharrbta minghajr ma nwegghu saqajna. Harsa lura lejn hajjitna l-imghoddija taghtina taghrif minn kemm deni Alla harisna, minkejja li forsi ahna ma tlabnihiex biex jwarrab minna dak id-deni li kien gej fuqna ghal gharrieda. Dawk il-hamest elef ragel barra n-nisa u t-tfal ma talbuhx ghal-ikel izda hu kien jaf il-htigijiet taghhom. Imma ghax huma fittxew lilu huwa tahom dak li anqas biss hasbu li jitolbu. Gesu’ jaf ikun hanin maghna fis-siegha tal-bzonn imma jista’ jaghti il-kaz li jhallina nghumu fil-bahar imqalleb izda le nerghqu. Niftakru f’San Pawl li kellu xi diffett fiziku li minhabba fih haseb li ser ifixklu fil-qadi tal-missjoni tieghu. Kien ghalhekk li talab lil Kristu biex inehhihulu, u talbu tlett darbiet izda t-twegiba tal-Mulej kienet, “ bizzejjed ghalik il-grazzja tieghi.” Kristu juza dawn ic-cirkustanzi biex iressaqna lejh. Il-qaddisin kollha sofrew u sostnew dwejjaq minhabba Kristu, izda li kieku ma kienx hekk ma kienux ser ikunu fost il-maghzula ta’ Gesu’.

Nitqawwew fil-fidi taghna fi Kristu Gesu’ u hajjitna timbidel biex issir aktar qaddisa, aktar ta’ gid ghalina nfusuna u ghal ta’ madwarna.

Make a free website with Yola