jesusandmary

 

IL-KNISJA HIJA AHNA

 

 L-EVANĠELJU Qari mill-Evanġelju ta' San Ġwann. Ġw 2, 13-25

 

 Kien qorob il-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela' Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qed ibigħ barrin, ngħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula; u keċċiehom ilkoll mit-Tempju, bin-ngħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta' dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed. U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: "Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex suq." Id-dixxipli ftakru f'dak li kien hemm miktub: "Il-ħeġġa għal darek kilitni". Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: "X'sinjal turina biex qiegħed tagħmel dan?" Ġesù wieġeb u qalilhom: Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa ntellgħu." Għalhekk il-Lhud qalulu: "Dan it-Tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?" Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu. Meta mbagħad qam mill-imwiet, id-dixxipli ftakru f'dak li kien qal; u emmnu fl-Iskrittura u fil-kliem li kien qal Ġesù. Waqt li kien f'Ġerusalemm għall-festa tal-Għid, kien hemm ħafna li emmnu f'ismu billi raw is-sinjali li kien jagħmel. Imma Ġesù, min-naħa tiegħu, ma kienx jafda fihom, għax hu kien jaf 'il kulħadd u ma kellux bżonn min jagħtih xhieda fuq il-bnedmin, għax hu stess kien jaf x'hemm fil-bniedem. Il-Kelma tal-Mulej.

 

 HSIEB

 Li kieku tistaqsi lin-nies migbura ghall-quddies tal-Hadd ghaliex dan it-tempju li qeghdin fih imbena, zgur li jkollok hafna twegibiet differenti. It-twegiba tieghi certament kienet tkun li dan it-tempju gie mibni biex ikun id-dar t'Alla, mhux semplici post ta' laqghat jew auditorium jew post li jqarreb lejn it-teatru fejn hemm nattendu ghal xi drama. Din id-dar t'Alla ghandha skop wiehed : biex isahhah ir-relazzjoni taghna ma' Alla. Innotaw ma ghidtx "ir-relazzjoni tieghi ma' Alla" izda "r-relazzjoni taghna ma' Alla." Ghalkemm nista' nidhol fil-knisja biex nghid xi talb privat, l-knisja ghandha tkun lok fejn il-familja kollha t'Alla tinghaqad biex tersaq lejn Alla u Alla jersaq lejha. Il-knisja hija post dedikat lil Alla. Imma huwa aktar minn hekk. Huwa lok, spazju sagru, spazju mhux bhal spazji ohra, fejn fih nidhlu sabiex inkunu ahna u Alla, Alla u ahna. It-tempju t'Alla huwa d-dar t'Alla, mhux teatru, jew sala tal-lectures jew lok fejn jiltaqghu l-assembleji parrokjali. Huwa lok imqaddes fejn Alla u jiena, fejn inti u Alla nistghu nkunu ma' xulxin.

 Alla hu presenti hawnhekk. Din hija d-dar t'Alla, mhux darna. Dik il-fjamma zghira tixghel hija s-sinjal li Alla jghix hawn, f'dan l-ispazju. Mela bla tlaqlieq irridu nghidu li jehtieg li ngibu ruhna sewwa,naghmlu genuflessjoni bir-reverenza ghax hemm fit-tabernaklu jghix Gesu' ghal imhabba taghna. Bhala sinjal ta' rispett l-irgiel ma jilbsux kappell. Meta nidhlu, nidhlu fis-silenzju ghax ikun hemm haddiehor migbur jitkellem ma' Alla. Dan hu t-tempju tal-Mulej. Nahseb li dan kollu li ghidna jispjega ghala Gesu' intela b'rabja qaddisa meta dahal fit-Tempju ta' Gerusalem u sab li aktar kien jixraq li dak il-lok jissejjah suq milli tempju t'Alla kif fil-fatt suppost li kellu jkun. Hu nsult li ma nirripettawx il-lok fejn jghammar Alla. Imma fir-realta' it-tempju t'Alla hu xi haga aktar mill-knisja. Kull wiehed u wahda minna huwa tempju ta' l-Ispirtu Qaddis t'Alla. Fina tghammar it-Trinita' bil-grazzja taghha. Kull wiehed u wahda minna hu tempju haj fejn jghix Alla u li kull bniedem lejna jhares u jistenna li jara hwejjeg qaddisa li jaqblu mal-ligi t'Alla.

 Ta' min jara x'inhu li jsehh fit-tempju taghna, jekk dak li naghmlu, dak li nghidu jaqbilx ma' dak li nemmnu u nistqarru. Kultant ghandna nieqfu u nezaminaw lilna nfusna biex naraw x'inhu li qed jigri fina. Zgur li ma ahniex tempju t'Alla jekk ahna nhobbu biss lil min ihobbna, jekk ahna ma nahfrux minn qalbna, jekk ahna insibu hin ghal kollox izda ftit jew xejn ghal Alla, forsi xi ftit nhar ta' Hadd u dan ta' malajr. Zgur li ma ahniex tempju t'Alla jekk ingibu kull skuza biex naghmlu ftit penitenza, it-talb taghna ta' kuljum, radd il-hajr ghall-gid li rcevejna etc etc etc. Izda, iva, ahna nkun tempji hajjin ta' l-Ispirtu Santu jekk nroddu hajr lil Alla kemm ghal hwejjeg prosperi kif ukoll penusi, jekk nirbhu kull okazzjoni ta' rispett uman, jekk nbaxxi rasi ghar-rieda t'Alla kemm meta' din tghogbni kif ukoll meta ma tkunx etc, etc... "Jekk xi hadd ihobbni jzomm kelmti, u Missieri u jiena nigu nghammru ghandu" - Gesu Kristu. Hekk inkunu gebel haj tat-tempju t'Alla hawn fuq l-art. Mela dak li qed jigri fina, ahna li ahna t-tempju t'Alla hu ta' importanza liema bhala. Nghozzu mela dan it-tempju t'Alla u Alla jghozz lilna. Inzommu 'l boghod kull kamla jew sadid minn dan it-tempju li ma tmurx xortina tkun bhat-tempju ta' Gerusalemm li kien fih kull xorta ta' disrispett u jigrilna bhalma gara lin-nies li kienu jmorru fih.

Make a free website with Yola