jesusandmary

 

 IL-WEGHDA TA' GESU'

Santa Margerita Marija Alacoque dahlet taghmel parti mill-kongregazzjoni tas-sorijiet tal-Vizitazzjoni fis-sena 1671 u sitt snin wara Kristu dehirlha f'vizzjoni fejn rat lil qalb tieghu minfuda u mdemmija. Madankollu minnha kienu hergin fjammi tan-nar u kienet ukoll imdawra b'kuruna tax-xewk. Huwa qalilha biex hija thares lejn dik il-qalb u fiha tilmah l-imhabba kbira li Kristu ghandu lejn il-bnedmin. "Imbaghad," tkompli Swor Margerita, " Huwa qisu hadli qalbi, poggiha f'qalbu u tani bicca mill-qalb tieghu kollha fjammi."

Kristu qalilha biex ixxerred id-devozzjonijiet lejn id-disa' l-ewwel gimghat tax-xahar. U bi hlas Kristu wieghed lil dawk li jharsu din id-devozzjoni tnax-il weghda




Dawn huma l-wegħdiet li Ġesú għamel lil Santa Margerita Marija Alacoque għal dawk kollha li jkollhom devozzjoni lejn il-Qalb Qaddisa tiegħu.

□ Jiena nagħti lid-devoti kollha tiegħi l-grazzji kollha meħtieġa għall-istat tagħhom.

□ Inġibilhom il-paċi fil-familji tagħhom.

□ Infarraġhom fin-niket kollu tagħhom.

□ Inkun kenn żgur tagħhom fil-ħajja u speċjalment f'waqt il-mewt.

□ Inxerred kotra ta' barka fuq kull ħidma tagħhom.

□ Il-midinbin isibu fil-qalb tiegħi ħniena bla tmiem.

□ L-erwieħ bierdin jitħeġġu f'imħabbti.

□ L-erwieħ devoti jitwettqu fit-tjieba.

□ Il-barka tiegħi tinżel fuq dawk id-djar fejn tkun meqjuma x-xbieha tal-Qalb Imqaddsa tiegħi.

□ Jiena nagħti lis-saċerdoti l-grazzja li jqanqlu l-qlub l-iktar iebsa.

□ Dawk kollha li jxerrdu din id-devozzjoni jkollhom isimhom miktub f'qalbi u minn hemm qatt ma jkun imħassar.

□ Lil dawk kollha li għal disa' xhur wara xulxin jitqarbnu fl-ewwel ġimgħa tax-xahar, jiena nagħtihom il-grazzja li f'waqt il-mewt ikollhom l-indiema ta' dnubiethom, li ma jmutux mingħajr il-maħfra tagħhom u lanqas bla ma jirċievu s-Sagramenti u l-Qalb tiegħi tkun għalihom bħala port tas-salvazzjoni f'dak l-aħħar ħin ta' ħajjithom.

Make a free website with Yola