jesusandmary

 

That Is Mine!

Il-Korrezzjoni  



Fi tmiem il-konferenza li nzammet gewwa Nairobi, fil-Kenya grupp ta’ partecipanti rritorna mill-konferenza ghall-lukanda biex ihejji halli jirritorna lejn pajjizu. Meta wasal, xi hadd induna li nesa’ xi bagalja fic-centru tal-konferenzi.  Meta l-persuna telqet biex iggibha lura, il-kap tal-grupp li kien metikuluz ghal kull dettal, ikkritika bl-ahrax lil din il-persuna ghan-nuqqas ta’ attenzjoni taghha.

L-ghada filghodu meta wasalna fl-ajruport, il-kap tal-grupp induna li hu wkoll halla bagalja warajh.  Fiha kellu l-passaport. It-taxi li gabu l-ajruport hadu b’kemm jigri lura fil-lukanda.  Halla l-grupp kollu jistennih. Aktar tard huwa talab skuza ta’ dan u b’umilta’ kbira stqarr: “ Ma nerga’ qatt u qatt nikkritika b’tant hruxija lil xi hadd.”

Ghaliex ahna lkoll ghandna d-difetti taghna, in-nuqqasijiet taghna, ahna jehtigilna nissaportu lil xulxin u nahfru lil xulxin meta nonqsu jew ic-cirkustanzi jkunu kontra taghna. Fil-kritika taghna jehtigilna li nuru kompassjoni, inkunu kostruttivi u qatt distruttivi. [Kol:3:13] Stabru b'xulxin, u, jekk xi ħadd minnkom ikollu xi jgħid ma' ħaddieħor, aħfru lil xulxin; bħalma l-Mulej ħafer lilkom, hekk agħmlu intom ukoll.
Jekk il-korrezzjoni hi mehtiega din ghandha ssir bil-hniena u mhabba.  B’dan il-mod insiru imitaturi ta’ Kristu Gesu, il-Mulej taghna.

Nitolbu lil Alla biex f’dawk il-jiem li fihom il-pacenzja taghna tkun nieqsa u l-Ispirtu Qaddis tieghu jidher li jkun nieqes ukoll jghinna biex inhobbu aktar u nghadru lil ghajrna.
Ftakar li c-cavetta ghar-relazzjonijiet effettivi huma l-umilta’ u l-gentilezza.


Make a free website with Yola