Dik is-sigra wahedha go ghalqa li jiena kont nara mit-tieq ta’ l-uficcju kienet misteru ghalija. Medded ta’ sigar tqacctu biex il-bidwi ikun jista’ jkabbar il-qamh. Imma li thalli sigra wahda biss hajja, bil-frieghi taghha jinferxu ‘l fuq u lejn il-lemin u lejn ix-xellug hija haga misterjuza. Imma malajr solvejt il-misterju meta staqsejt lill-bidwi. Qalli li dan isir biex kemm l-annimali kif ukoll il-bidwi jistrieh ghall-frisk fil-jiem qliel tas-shana tax-xemx sajfija.
Xi kultant insibu li ahna biss irnexxilna nsalvaw u ghaliex ma nkunx nafu. Suldati jirritornaw lura d-dar mill-glied, morda jfiequ mill-mard terminali filwaqt li ohrajn ma jirnexxilhomx jghadduha lixxa. Fit-Testment il-Qadim niltaqghu ma’ nies li Alla salvhom meta l-gens lhudi gie mehud fl-ezilju. Dawn kienu jharsu l-ligi ta’ Alla u aktar tard bnew it-tempju lil Alla mill-gdid.
San Pawl ukoll iqis ruhu bhala wiehed li salva minn diversi persekuzzjonijiet u okkazzjonijiet ta’ mewt biex isir il-messaggier ta’ Alla. Jekk ahna ghadna hajjin meta ohrajn ma ghaddewhiex lixxa, nghollu idejna ‘l fuq u nghidu grazzi lill- Mulej. Il-Mulej iridna nkunu sigra ta’ mistrieh ghal ohrajn.
IT-TAMA TINXTEGHEL GEWWA FINA U F’GHAJRNA BI XRARA TA’ KURAGG.