JEKK KRISTU U MAGHNA ...MIN HU KONTRA TAGHNA?
L-ewwel kliem ta’ Kristu fl-ewwel laqgha tieghu ma’ l-appostli wara li huwa qam mill-mewt kienu dawn: IL-PACI MAGHKOM. Dan hu l-mod ta’ kif Kristu ried li l-appostli, l-hbieb intimi tieghu, jinzghu mill-bizghat taghhom li akkumulaw tul il-granet tal-passjoni tieghu u z-zmien li fih huma hassewhom abbandunati.
Xi kultant in-nuqqas ta’ fidi taghna jbieghed lil Kristu minn hajjitna ghaliex il-bizghat tal-hajja jiehdu post l-imghallem divin u ghaldaqstant ma narawx hlief dlam. Il-prezenza ta’ Kristu ghandha ddawwal lil hajja taghna nisranija u fejn ma narawx tama, bil-fidi fi Kristu tinzera’ fina paci u soluzzjoni ghal kull inkwiet li mieghu inhabbtu wiccna.
Hija ir-riseruzzjoni ta’ Kristu li taghti tifsira lil kull tbatija taghna u tikkalma d-dlamijiet ta’ hajjitna. It-tama taghna ghall-hajja ahjar issib tifsira f’dan id-DAWL.
“Jehtieg li jsehh dak kollu li inkiteb fuqi fil-Ligi ta’ Mose, fil-Profetu u fis-Salmi” u “ Imbaghad fethilhom mohhom biex jifhmu l-Iskrittura” (Luqa 24, versi 44-45)
Il-fidi taghna fidi tikber meta nitimghu lilna nfusna bil-Kelma t’Alla li tinfjamma lil qlubna bl-imhabba Ghalih. Il-fidi taghna tikber meta nersqu niehdu sehem mill-Ikel Divin, l-Ewkaristija. Fi ftit kliem il-hidma taghna nisranija ssir l-istorja tas-salvazzjoni taghna, salvazzjoni li huwa offrielna u jrid jaghtina.