jesusandmary

 

KEMM HI MEHTIEGA L-INDIEMA

[Mt:3:8] Agħmlu mela frott xieraq ta' l-indiema. [Mt:3:9] U taħsbux li tistgħu tgħidu fikom infuskom, 'Għandna b'missier lil Abraham,' għax ngħidilkom li Alla, minn dan l-istess ġebel, jista' jqajjem ulied lil Abraham.

1. Ebda bniedem imghammed ma jista’ jserrah mohhu mis-salvazzjoni ta’ ruhu jekk ma jahdimx ghaliha.

2. Huwa nsult lil Alla li wiehed jghix kif irid hu, mohhu mistrieh li l-hniena ta’ Alla taghmel tajjeb ghalih jew li l-Madonna tintercedi ghalih. Veru li Alla hu hanin ma' min kull jitolbu, izda hemm bzonn li nuruh li jiddispjacina mill-azzjonijiet hziena taghna.

3. Inzommuha quddiem mohhna li l-hniena ta’ Alla kbira kemm hi kbira tispicca meta ahna mmutu u nidhru quddiem ghal gudizzju. Minn dak il-mument ‘l quddiem Alla, imbaghad, jezercita l-gudizzju rett tieghu.

4. Il-gudizzju ta’ Alla huwa ferm differenti minn tal-bniedem. Quddiem Alla ma tista’ tahbi xejn.

5. Billi ahna lkoll midimba, l-indiema hija necessarja biex Alla jilqaghni mill-gdid f’dirajgh.

6. L-indiema titlob li ahna jiddispjacina minn dak kollu li ghamilna li kien kontra l-ligi ta’ Alla b’fehma soda li nitbieghdu minn dak kollu li dari waqqaghna fid-dnub.

7. Niftakru li Gesu’ talabna biex naghmlu ndiema meta qalilna li jekk ma naghmlux indiema ilkoll xorta wahda nintilfu.

8. Biex nistghu nghidu li ghandna lil Alla b’Missier taghna jehtigilna li dejjem naghmlu r-rieda tieghu ghax veru iben jirrispetta l-volonta’ ta’ Missieru.

9. Jekk inti zzomm lil Alla b’veru Missier qieghed it-tama kollha tieghek FIH bhalma tifel zghir iqieghed it-tama tieghu f’missieru u ma jiddubita qatt li dan ser jabbandunah.

10. Temmnu inti xejn il-kliem ta’ Kristu li qal : Jekk missier ta’ din l-art, ibnu jitolbu huta ser jaghtih serp, jew jew jitlobu bicca hobz ser jaghtih gebla. Mela jekk intom tafu taghtu hwejjeg tajba lil uliedkom kemm izjed missierkom li hu fis-smewwiet jaghti hwejjeg tajba lil dak li jitolbu.

Make a free website with Yola