jesusandmary

 

KIF JITKELLMU L-QADDISIN FUQ L-EWKARISTIJA

 “Li kieku ahna nieqfu ghall-mument biex nahsbu b’attenzjoni x’tifsira ghandu dan is-sagrament, jiena zgura li l-hsieb ta’ l-imhabba ta’ Kristu ghalina jibdel l-indifferenza tal-qlub taghna f’nar ta’ imhabba u ta’ gratitudni.”

 Sant’Angela ta’ Foligno.

 “O Mulej ahna ma nistghux immorru fl-ghadira ta’ Siloe li inti baghat fiha lil ragel ghama. Imma ahna ghandna l-kalci tad-Demm Prezzjuz Tieghek li hu hajja u dawl. Aktar ma inkunu safja aktar nircievu.”

San Efrem

"Meta inti tircevih, qanqal lil qalbek biex tadurah; kellmu fuq il-hajja tieghek spiritwali, itfa’ harstek fuqu, Hu li hu prezenti fir-ruh tieghek biex jaghnik bil-ferh tieghu, ilqghu kemm jista’ jkun b’mod ferventi u qis li l-imgieba tieghek ta’ barra tkun hekk korretta li dak li taghmel ikun xiehda ghal kullhadd li Hu prezenti fik.”

 San Frangisk ta’ Sales.

 F'RIGLEJN GESU' EWKARISTIJA O Gesu, Prigunier Divin ta’ Imhabba, meta nahseb fuq imhabbtek u kif inti tajt lilek nniffsek ghalija, is-sensi tieghi ma jibqghux jahdmu. Inti tahbi il-kobor tieghek u tumilja ruhek ghalija. O Re tal-Glorja ghalkemm inti tahbi is-sbuhija tieghek, l-ghajnejn tar-ruh tieghi jcarrtu il-velu. Jiena nilmah il-kori ta’ l-angli jaghtuk glorja minghajr waqfien u l-qawwiet tas-sema jfahhruk bla heda, filwaqt li jtennulek: Qaddis, Qaddis Qaddis. Min jista’ jifhem l-imhabba tieghek u l-hniena bla qies tieghek! O Prigunier ta’ Imhabba. Jiena nqieghed din ir-ruh fqira tieghi quddiem dan it-tabernaklu biex hija tadurak minghajr waqfien, lejl u nhar. Ma nafx li hemm xi tfixkil f’din il-qima tieghi lejk . U minkejja li jiena fisikament ‘l boghod minnek, qalbi hija dejjem mieghek u hdejk. Xejn ma jista jwaqqafni minn imhabbti ghalik. Ebda tfixkil ma jezisti ghalija. O Trinita’ Mqaddsa, Alla wiehed u in Jiena nadurak Mulej u Kreatur, mohbi f’dan l-Imqaddes Sagrament. Jiena nadurak ghall-hidma ta’ idejk, li huma xiehda ghalija ta’ daqshekk gherf, tjubija u hninea. O Mulej inti libbist lid-dinja b’tant sbuhija, u hija tippridkali is-sbuhija tieghek, anke jekk dawn il-hwejjeg sbieh huma riflessjoni fqira tas-sbuhija tieghek li hadd ma jista' jifhem. U ghalkemm inti inhbejt, u ghattejt is-sbuhija tieghek, ghajnejja, mghejjuna bil-fidi, jaslu sa hdejk u ruhi taghraf il-Kreatur taghha, l-akbar Tjubija taghha u qalbi tintilef kompletatment f’mumenti ta’ talb kollu qima u adorazzjoni. O Mulej u Kreatur tieghi, it-Tjubija tieghek tinkoraggini biex nitkellem mieghek. Il-hniena tieghek twarrab fil-gemb il-qasma li tissepara il-Kreatur mill-kreaturi tieghu. Li nitkellem mieghek O Mulej huwa d-delizzju ta’ qalbi. Fik insib kulma tixtieq qalbi. Hawn id-dawl tieghek jillumina il-menti tieghi u jghini biex nifhem Lilek aktar u aktar fil-fond. Hawn jnixxu f’ruhi xmajjar ta’ grazzji. Hawn ir-ruh tieghi tixrob mill-hajja eterna. O Alla u Kreatur tieghi, huwa rigal taghti li taghti lilek innifsek lili u tinghaqad mieghi intimament, jiena li jien kreatura miserabbli. O Kristu, halli li l-ferh tieghi ikun li jiena narak mahbub u t-tifhir u l-glorja tieghek ikunu mxerrda kullimkien, specjalment il-hniena tieghek. O Kristu hallini nigglorifika it-tjubija tieghek u l-hniena tieghek sa l-ahhar nifs ta’ hajti, ma kull qatra ta’ demmi u tahbita ta’ qalbi. Jalla b’hekk inkun innu ta’ adorazzjoni lilek. Meta jiena nsib ruhi fuq is-sodda tal-mewt, jalla l-ahhar tahbita ta’ qalbi tkun innu ta’ tifhir li jgholli il-hniena bla tarf tieghek. Amen.

 (Mill-kitba ta’ Santa Fawstina)

 " O Alla tieghi, tini li meta xufftejja jkunu vicin tieghek biex jiena nbusek, nhoss it-toghma tal-morr li sqewk; li meta spallejja ikun mistrieha ma’ Tieghek inhoss is-swat li qlajt fil-flagellazjoni; meta gismi jinghaqad ma' tieghek fl-Ewkaristija jiena ngarrab it-tbatija tieghek fil-passjoni; meta rasi tersaq lejn tieghek jiena nhoss it-tingiz tax-xewk tieghek; li meta qalbi tkun qrib tieghek, nhoss id-daqqa tal-lanza.”

 Santa Gemma Galgani.

 “ Jekk Kristu ma riedx jibghat lura fi djarhom lil Lhud, minghajr ma jtihom l-ikel meta dawn kienu fid-dezert, ghall-biza li jmutu fi trieqthom lura, dan ghamlu biex jghallimna li hu perikoluz li nippruvaw immorru l-genna minghajr il-Hobz tas-sema.”

 San Girolmu.

"Kemm minna jghidu: Nixtieq li nara lil wiccu, l-ilbies tieghu, is-sandli tieghu. Inti qed tarah, inti qed tmissu, inti tiehdu bhala ikel tieghek. Ta lilu innifsu ghalik, mhux biss biex tarah, izda ukoll biex ikun l-ikel u s-sostenn tieghek.”

San Girolmu Krisostmu.

 “ Jiena ninxtehet f’riglejn it-tabernaklu bhal kelb f’rigeljn sidu.”

San Gwann Marija Vianney.

Make a free website with Yola