jesusandmary

 

 

KIF LIL KRISTU NISTGĦU NILQGĦUH 


L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mark.
Mk 6, 1-6

F’dak iż-żmien: Ġesù mar lejn pajjiżu, u d-dixxipli tiegħu marru miegħu.

Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu?” u x’inhu dan il-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh? Dan mhux il-mastrudaxxa bin Marija, u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? U ħutu l-bniet mhumiex hawn magħna?” U tfixklu minħabba fih.
Qalilhom Ġesù: “Ebda profeta ma hu bla ġieh jekk mhux f’pajjiżu u fost qrabatu u f’daru stess.” U hemmhekk ma seta’ jagħmel ebda miraklu, ħlief li qiegħed idejh fuq ftit morda u fejjaqhom; u baqa’ mistagħġeb bin-nuqqas ta’ fidi tagħhom.

APPLIKAZZJONI: Skond San Mark Gesu’ kien ilu jghallem u jahdem mirakli fil-Galilija ghal bosta xhur. Huwa ghadda hafna zmien fl-ibliet u l-irhula ta’ madwar il-Galilija. Qabel ma telaq mill- Galilija huwa ried jaghmel zjara lil rahal fejn ghex ghal bosta snin. Imma hemm kellu disappuntament. Mar jghallem fis-sinagoga f’jum is-Sibt u kull min semghu baqa’ mistaghgeb bil-gherf tieghu izda ma riedux jemmnu lil widnejhom kif iben mastrudaxxa u li l-familja tieghu kienet ta’ nies komuni lahaq daqs bniedem rabbi meta ghar-rabbi ma studjax. Ma riedux jemmnu li Gesu’ kien il-Messija ghax il-familjari tieghu ma kienux xi nies straordinarji. U spiccaw biex ghalqu ghajnejhom biex ma jarawx u saddew widnejhom biex ma jisimghux. Is-suppervja taghhom ghamiethom u ma halliethomx jaraw il-verita’.

Dak li gara gewwa Nazaret kien tixbiha ta’ dak li kellu jigri aktar ‘l quddiem fil-hajja ta’ Kristu. It-tmexxija Lhudija cahdet lil Kristu . Imma fil-hzunija taghhom Alla kien kapaci johrog il-gid ghax il-pjan tar-redenzjoni beda jsehh. Kien mehtieg li Kristu jmut biex isalva lil bnedmin. It-tmexxija Lhudija kienet ghamja bis-suppervja. Kienu jahsbu li huma l-qdusija ppersonifikata. Ma setghux jemmnu li Kristu kien il-Messija ghax kien jaghmilha mal-midimbin. Huma fis-suppervja taghhom kienu jiddistakaw ruhhom mill-midimbin u jzommuhom bhala skart tad-dinja. Kristu kien jitkellem fuq is-saltna t’Alla , li hi saltna spiritwali, filwaqt li huma f’mohhohn kienet tberen saltna ta’ qawwa li tkecci barra lir-Rumani. Raw b’ghajnejhom il-mirakli li kien qed iwettaq Gesu’ izda ghalquhom biex ma jarawx. Quddiemhom raw lil Lazzru, li Kristu qajjem mill-mewt, izda qalbhom kienet iebsa biex jemmnu. Quddiemhom gie ir-ragel ghama li bis-sahha ta’ Kristu issa kien qed jara izda huma ippruvaw li jpingu dan l-ghemil ta’ Kristu bhala xi haga li qatt ma grat.

L-ghira taghhom u s-suppervja ghamlet minnhom bnedmin bla raguni. U baqghu sa ma wassluh ghall-mewt. Dawk li kienu presenti fuq il-Kalvarju raw quddiemhom ir-rebha tat-telfa tieghu, jigifieri ta’ Kristu. Imma ma kienet rebha xejn ghalihom ghax fit-tielet jum Kristu qam mill-mewt u b’hekk tahom risposta li huwa rebbieh fuq kull haga. 

Kull min hu mahkum mis-suppervja u l-ghira diga nehha lil Kirstu minn qalbu u ma jridux isaltan fuqu. U aktar minn hekk, bniedem bhal dan jahdem biex jeqred il-prezenza ta’ Kristu minn qlub ohra. Ejjew nitfghu harsitna fuq Kristu li umilja lilu niffsu sal-mewt anzi sal-mewt tas-salib. Dawk ta’ qalbhom umli biss ikunu depozitu tal-grazzji t’Alla. Alla jzurhom u jimliehom bil-barka tieghu.

Make a free website with Yola