jesusandmary

 

 

KRISTU HUWA D-DAWL

Imbaghad f'Gerusalemm habtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa u Gesu' kien miexi minn naha ghal ohra tat-tempju fil-logga ta' Salamun. Il-Lhud daru mieghu u qalulu: "Kemm ser iddum taqlaghalna ruhna? Jekk inti l-Messija ghidilna car u tond." Wegibhom Gesu:" Ghidtilkom u intom ma temmnux. L-ghemejjel li naghmel jiena f'isem missieri jixhdu ghalija. Izda intom ma temmnux ghax intom ma intomx minn naghag tieghi. In-naghag tieghi jisimghu lehni u jiena naghrafhom; u huma jimxu warajja. U jiena naghtihom il-hajja ta' dejjem u huma ma jintilfu qatt u minn idejja ma johodhomli hadd. Missieri li tahomli hu akbar minn kulhadd u hadd ma jista jahtafhom minn id il-Missier. Jiena u il-Missier ahna haga wahda."


SAN GWANN (KAP 10 VERSI 22-30)

 

Il-festa tad-Dedikazzjoni hija l-Festa tad-Dawl tal-Lhud li ddum sejra 8 ijiem. Tkun iccelebrata biex titfakkar ir-rebha tal-Makkabej fuq is-Sirjani. Popolarment hija maghrufa bhala l-Festa tad-Dwal. Jinghad li f'din il-festa sehh miraklu fejn il-lampi damu tmint ijiem mixghula waqt li t-tempju ta' Gerusalemm kien qed jigi ridedikat lil Alla, minkejja li kien hemm zejt biex jinxtghelu l-lampi ghal-jum wiehed biss.

 Kien hawn li l-Lhud staqsewh : "jekk inti l-Messija ghidilna car u tond." U Gesu' wegibhom: "Ghidtilkom li jien hu u intom ma emmintunix."

Huwa biss permezz tal-fidi li ahna nemmnu li Kristu hu l-Messija, l-Iben Alla u li qed isejhilna biex nersqu Lejh.. Meta l-Papa Gwann Pawlu II kien qed jindirizza liz-zaghzagh gew Tor Vergata fis-sena 2000 tkellem maghhom fuq l-iskola tal-fidi. Ghal mistoqsija ta' Gesu', " Min jghidu n-nies li jiena?", hemm hafna twegibiet, imma imbaghad Gesu' isir aktar personali u jistaqsi' "Imma intom min tghidu li jiena?"

Biex inwiegbu seww din il-mistoqsija nehtiegu l-ghajnuna u l-grazzja tal-Missier. Biex inwiegbu bhal ma wiegeb Pietru " Inti Kristu l-Iben t'Alla il-haj", nehtiegu l-grazzja t'Alla. Imma ghalkemm hija xewqa kbira t'Alla li kull bniedem isalva, huma biss dawk ta' qalb safja u umli li huma kapaci li jircievu d-don tal-grazzja. Il-veru gherf fil-bniedem hu li jafda f'Alla.

San Tumas jikkumenta dan li gej fuq dan il-passagg evangeliku: :Grazzi ghax-xemx li jiena fid-dawl taghha nista nara, imma jekk naghlaq ghajnejja ma nibqax izjed nara; dan mhux tort tax-xemx izda tieghi."

Make a free website with Yola