jesusandmary

 

 

 

L-Appostlu ta’ Hniena Divina.

 

 Fit-22 ta’ Frar tas-sena Gesu’ deher li wahda soru Polakka. Swor Fawstina. Kien liebes libsa bajda u filwaqt li kellu id wahda mtellgha f’pozizzjoni ta’ barka l-ohra kienet qed tistrieh fuq sidru. Minn sidru kienu  hergin raggi, raggi ta’ kulur ahmar u ohrajn ta’  kulur abjad. Talab lil Swor Fawstina li tirriproduci dik ix-xbiha bhalma kienet qed taraha bil-kliem “GESU JIENA NAFDA FIK” miktuba  taht riglejh.  Talabha wkoll biex tesponi din ix-xbiha fil-kappella tal-kunvent taghhom u mbaghad ixxerridha mad-dinja kollha. Il-konfessur taghha staqsiha biex tghid lil Gesu’ fuq it-tifsira tar-raggi u Gesu; spjegalha hekk: “ Ir-raggi jirrapresentaw id-Demm u l-Ilma li hargu mill-qiegh tal-hniena tieghi meta nifduli qalbi fuq is-salib. Ir-raggi bojod jfissru l-ilma li jnaddaf u jippurifika ir-ruh. Dawn ir-raggi jservu ta’ tarka quddiem il-gustizzja ta’ Missieri.  Imberkin dawk li jghixu f’dan il-kenn ghaliex il-gustizzja t’Alla ma tilhaqhomx.”

 Isma’ x’qalilha Kristu lil din is-soru u ghidli jekk tibqax biered ghal istedina tieghu:

 Itlob ghal erwieh biex ma jibzghux jersqu lejn it-tribunal tal-hniena tieghi.  Qatt tghejja  titlob ghall-midimbin. Inti taf x’toqol huma dawn l-erwieh ghal qalbi. Haffifli dan id-dwejjaq tal-mewt, xerred id-devozzjoni lejn il-hniena tieghi. (975)

 Il-qalb tieghi tfur bil-hniena ghal dawn l-erwieh specjalment ghal dawk il-povri midimbin. Li kieku jifhmu li jiena hu l-aqwa fost il-Missirijiet ghalihom, u li minhabba fihom li d-demm u l-ilma hargu mill-qalb tieghi bhala funtana tnixxi l-hniena…….Nixtieq nitfa’ l-grazzi tieghi fuq dawn l-erwieh imma huma ma jridux jaccetawhom. (367)

 Ikteb dan ghal beneficcju ta’ erwieh mhawwda: meta r-ruh tara u tifhem il-gravita ta’ dnubietha, meta tilmah quddiem ghajnejha l-abbis kbir ta’ miserja li waqghet fih, ma ghandiex tiddispra imma b’tama hija tqieghed lilha nfisha fid-diraghjn ta’ hniena tieghi, bhalma tfajjel jintelaq fi hdan ommu.  Dawn l-erwieh ghandhom priorita’ ghal qalb hanina tieghi, ghandhom access ghal hiena tieghi. Ghidilhom li ebda ruh li talbet il-hniena tieghek ma giet dizappuntata jew gaghlitha tisthi. Jiena niehu gost b’dik ir-ruh li tpoggi t-tama taghha fit-tjubija tieghi. (1541)

 Segretarja tieghi, ikteb li jiena nkun generuz hafna aktar mal-midimbin milli mal-gusti. Kien minhabba fihom li jiena nzilt mis-sema u minhabba fihom li jiena xerridt demmi.  Ma ghandhomx ghax jibzghu jersqu lejja; huma l-aktar fil-bzonn tal-hniena tieghi.  (1275)

 Il-hniena Divina hija r-rigal b’xejn t’Alla lill- bniedem. Il-pass li jrid jaghmel il-bniedem hu li jabbanduna il-hajja hazina tad-dnub u jaccetta dan ir-rigal li tant hu kbir li ebda bniedem ma jifhmu. Tkun veru hasra li l-bniedem jirrifjuta dan il-gid kbir. Nkomplu nisimghu lil Santa Fawstina tirrakonta  fid-djarju taghha l-ingratitudni ta’ dawk l-erwieh li jirrifjutaw dan il-mezz ta’ salvazzjoni.

 Matul l-ahhar granet tal-Karnival, meta jiena kont qieghda nghaddi siegha mqaddsa quddiem Gesu’, rajt kemm bata’ Gesu’ il-Mulej waqt il-flagellazzjoni.. O x’agunija li ma titfissirx! Kemm bata’ Gesu’ waqt li kienu jsawwtuh!. Povri midimbin kif ser taffacjaw lil Gesu’ fil-jum tal-Gudizzju, lil dak Gesu’ li intom issa qed tittorturaw bl-azzjonijiet hziena taghkom? Demmu xterdet ma’ l-art u f’xi partijiet ta’ Gismu l-laham beda jiccarrat. Fuq dahru kien beda jidher xi ghadam . Kemm bata bl-ugigh it-twajjeb Gesu’. (188)

 Jiena nbati hafna fir-ruh tieghi meta nilmah lil Alla offiz. Il-lum gharaft li xi hadd ikkommetta xi dnubiet mejta mhux wisq ‘l boghod mid-dar taghna. Kien fil-ghaxija… Meta nzilt gharkubtejja biex nitlob, il-Mulej gharrafni kemm issofri ruh abbandunata minn Alla.  Qalbi kienet mifnija ghal ahhar u fl-istess hin rajt kemm ir-ruh tferi il-qalb hanina ta’ Gesu’. Il-povra kreatura tirrofta li taccetta il-hniena t’Alla. (1274)

 It-telfa ta’ ruh iggibli dwejjaq kbar. Inti dejjem tikkonsolani meta titlob ghal midimbin. It-talb li l-aktar joghgobni huwa talb maghmul ghall-konverzjoni tal-midimbin.  Kun af, binti, li dan it-talb huwa dejjem mismugh. (1397)

 

Make a free website with Yola