jesusandmary

 

L-EWKARISTIJA (1)

 

 Hemm nies li jfittxu kull opportunita' li toffri l-hajja biex jistaghnu. U ma jhallu xejn f'postu biex jilhqu l-ghan taghhom. Imma jezistu nies ohrajn li jfittxu kull opportunita' li jaghtu u jaqsmu kull ma ghandhom ma' dawk li huma nieqsa. Jekk fina jibqa' jsaltan l-egoizmu u ma nilbsux l-imhabba t'Alla ahna nibqghu nfittxu u nigru wara dak li materjalment nahsbu li jaghmilna sinjuri jew dak li nahsbu li jaghmilna aktar ferhana. Imma darba nilbsu l-imhabba t'Alla imbaghad insiru nahsbuha xorta ohra u nsiru nies li naghtu, flok li nircievu. L-Ewkaristija hija il-festa ta' dawk li jaghtu. Gesu' jaghti lilu niffsu biex ahna ma jkun jonqosna xejn.

 

 L-EVANGELJU Qari mill-Evanġelju ta' San Mark. Mk 14, 12-16.22-26

 

 Fl-ewwel jum ta' l-Ażżmi, meta kienu jissagrifikaw il-ħaruf tal-Għid, id-dixxipli qalu lil Gesù: "Fejn tridna mmorru nhejju biex tiekol l-ikla tal-Għid?" Imbagħad hu bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Morru l-belt, u tiltaqgħu ma' raġel iġorr ġarra ilma. Morru warajh, u għidu lil sid id-dar ta' fejn tarawh dieħel: "Qallek l-Imgħallem: Fejn hi l-kamra tiegħi ta' l-ikel li fiha nista' niekol l-ikla tal-Għid mad-dixxipli tiegħi? U hu jurikom kamra kbira fuq, mgħammra u lesta. Hejjulna hemmhekk." U d-dixxipli marru u daħlu l-belt, u sabu kollox kif kien qalilhom hu, u hejjew l-ikla tal-Għid. Huma u jieklu, ħa l-ħobż f'idejh, qal il-barka, qasmu, newwilhulhom u qal: "Ħudu, dan hu ġismi." Imbagħad ħa l-kalċi f'idejh, radd ħajr, u newwilhulhom, u lkoll xorbu minnu. U qalilhom: "Dan huwa demmi, id-demm tal-patt, li se jixxerred għall-kotra. Tassew, ngħidilkom, li ma nixrobx iżjed mill-frott tad-dielja sa dak in-nhar li nixrob inbid ġdid fis-Saltna ta' Alla." Imbagħad kantaw is-salmi u ħarġu lejn il-Għolja taż-Żebbuġ.

 

HSIEB

 

Gesu' jaghti struzzjonijiet lil Appostli kif kellhom jippreparaw ghall-ikla ta' l-Ghid. San Mark ifakkarna li waqt li Gesu' ikkommemora l-Ghid ta' Lhud waqt l-ikla, hu taha tifsira gdida ghaliex Kristu kien qed igedded d-dover u d-dmir tieghu lejn Missieru u bhala konsegwenza kien qed joffri lilu niffsu u l-hajtu ghal l-umanita' kollha. It-twaqqif ta' l-Ewkaristija huwa l-mezz ta' sosten ghar-ruhna. " Jekk Kristu ma riedx jibghat lura fi djarhom lil Lhud, minghajr ma jtihom l-ikel meta dawn kienu fid-dezert, ghall-biza li jmutu fi trieqthom lura, dan ghamlu biex jghallimna li hu perikoluz li nippruvaw immorru l-genna minghajr il-Hobz tas-sema." San Girolmu. Jirrakonta Jack McArdle fil-ktieb tieghu "L-Verita' Evangelika" li spicca mic-celebrazzjoni tal-quddies li hu qaddes ghal Grupp tat-Talb, tard filghaxija u kien fuq ix-xwiek li jirritorna d-dar ghax l-lejla xitwija kienet kiesha hafna.

Hekk kif Jack gera lejn il-karozza xwejha waqfitu biex tkellmu u ma tantx ha pjacir jisma' il-lamentela taghha fuq l-ugigh li kienet qed isoffri. Madanakollu qaghad jismaghha bil-pacenzja. Huwa ngibed lura meta ra toffrilu basket b'xi ftit sandwiches mhawra u mimlija b'kull xorta ta' filling u mgezwrin puliti fil-plastic biex jibqghu friski. "Hsibt li zgur jinzlulek ghasel meta tiekolhom," qaltlu x-xwejha. Daret u dahlet lura fil-knisja. Bqajt skantat b'dak li ghamlet mieghi. Ghidiltha grazzi imma sa hemm biss wasalt ghax ma kelliex kliem izjed xi'nlissen. U dak il-basket ghadu hemm sal-lum fuq l-iskrivanija ifakkarni fil-gest sabiha taghha.

Din il-grajja terfaghli hsibijieti fir-rigal ta' l-Ewkaristija, l-ikel ghall-vjagg taghna lejn is-sema. Meta Kristu kien fuq l-art huwa qalilna: " Jiena l-hobz tal-hajja li nizel mis-sema. Kull min jiekol minn dan il-hobz jghix ghal dejjem. U l-hobz li naghti jien huwa gismi ghall-hajja tad-dinja."(Gv 6: 51) U jkompli jghidilna Gesu' li min ma jiekolx gismu u jixrob demmu ma jistax ikollu l-hajja ta' dejjem. Kull min irid ikun ta' Kristu jehtieg li jinghaqad mieghu kuljum permezz ta' l-Ewkaristija.

L-Ezempju ta' nies qaddisin ikaxkarna mieghu. Nisimghu lil Fr. Absalom Coutinho x'ghandu jghidilna: Ftit wara li il-Papa Gwann Pawlu II lahaq papa, tlifna fejn seta' kien, jirrakonta is-segretarju privat tieghu. Fittxejtu kullimkien, mort f'kamartu, habbat il-bieb izda hemm ma kienx. Mort fil-kappella, xeghelt id-dawl kollha izda ma rajtux, staqsejt il-kardinali izda ma kienux jafu jwegbuni, sahansitra mort fil-kcina biex nara hux qieghed hemm. Forsi qabdu l-guh, ghalkemm din il-haga il-papiet ma kienux jaghmluha, imma dan kien Papa gdid u kollox seta' jigri. Izda anqas ma kien hemm.

 Fl-ahhar staqsejt lil ex-segretarju tieghu meta kien ghadu il-Polonja u qalli li dan bilfors huwa quddiem is-sagrament. Dhalt fil-kappella u hemm kien mixhut minn tulu fl-art quddiem is-Sagrament b'idejh miftuha, f'talb migbur.

Make a free website with Yola