jesusandmary

 

L-GHANI U L-FQIR.

Il-parabbola ta’ l-ghani u l-fqir tipprezentalna zewg veritajiet:

il-htiega li nhaddmu bil-ghaqal l-gid li silifna Alla, ghax dak kollu li ghandna, tahulna Alla biex ninqdew bih ahna

u nghinu lil batut.

Il-parabbola toffrilna vizjoni ta’ dak li ser nhabbtu wiccna mieghu wara mewtna.

Gesu’ irrakonta din il-parabbola waqt l-ahhar vjagg tieghu mill-Galileja ghal Gerusalemm. Dak il-hin follol kbar ta’ nies kienu mexjin warajh jisimghuh jghallem. U qalilhom hekk: “Ebda qaddejj ma jista jaqdi zewg sidien, ghax jew ikun jobghod lil wiehed minnhom u jhobb lil iehor, jew jintrabat ma’ wiehed u jistmell lil iehor. Ma tistghux taqdu lil Alla u lil flus.(lil mammona).” Il-Farizej li kellhom ir-rebgha ghall-flus, meta semghuh jghid dan kollu qabdu jiddiehku bih. Izda hu qalilhom: “ Inton dawk li taghmluha ta’ nies sewwa f’ghajnejn il-bnedmin, imma Alla qalbkom jafha. Ghax dak li hu kbir f’ghajnejn il-bnedmin, quddiem Alla hu mistkerrah.” (Luqa 16:13-15)

Fost is-semmiegha ta’ Gesu’ kien hemm il-Farizej li kienu il-mexxejja religjuzi u li kellhom influwenza kbira fuq il-poplu Lhudi.

Kristu sahaq hafna kemm wiehed ghandu jhaddem bil-ghaqal il-ghana tieghu u spicca it-twiddiba tieghu billi qalilhom: “Hadd ma jista jaqdi lil Alla u lil mammona .” (Luqa 16 : 13)

L-isem ta’ mammona kien l-isem moghti lil idolu meqjum bhala Alla tar-rikkezzi. Is-semmiegha tieghu fehmu li Gesu’ried ifisser ruhu li wiehed ma jistax jaqdi lil Alla u lix-xitan fl-istess hin. Il-bniedem t’Alla ghandu jinqeda bil-flus u mhux jaqdi lill- flus.

Il-Farizej li kienu nies ghonja hassew li dak il-kliem, Gesu’ kien qed jghidu ghalihom. Dawn il-mexxejja religjuzi kienu maghrufa li jhobbu l-flus u kienu jhossuhom kburin minhabba l-istat tal-gid materjali taghhom.

Imma l-hwejjeg ta’ valur gholi huma dawk t’Alla, Ibnu l-wahdieni u l-Ispirtu qaddis tieghu, li huma eterni.

Minhabba li kliem Gesu’laqghathom fil-laham il-haj huma bdew jghaddu kummenti u insulti fuq il-Qaddejj t’Alla.

Kien f’dan il-hin li Gesu’ ippresentlhom il-parabola ta’ l-ghani u Lazzru.

"Mela kien hemm ragel ghani, jilbes il-porpra u ghazel fin, l-hena tieghu kienet li jaghmel ikla mill-ahjar. U wiehed fqir jismu Lazzru li kellu gismu gerha wahda kien imur jinxtehet hdejn il-bieb ta’ daru bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda ta’ l-ghani. Sal-klieb kienu jmorru jilaqghu l-griehi tieghu

L-ewwel riflessjoni: Hawn Gesu’ qed jaghmel paragun bejn l-istil tal-hajja ta’ dawn iz-zewgt irgiel.

Gara li l-fqir miet u haduh fi hdan Abram. Imbaghad miet ukoll il-ghani u difnuh.

It-tieni riflessjoni: Il-mewt hasdet liz-zewg irgiel. Ma ghamlet l-ebda preferenza bejnithom.

Dan kif sab ruhu fi tbatijiet horox fl-Art l-Imwiet refa’ harstu u mill-boghod lemah lil Abram b’Lazzru fi hdanu. U gholla lehnu u qallu: “ Missier Abram, ikollok hniena minni u ibghat lil Lazzru jbill tarf sebghu fl-ilma halli jtaffili in-nixfa li ghandi fl-ilsieni ghax qed ninhaqar wisq f’dan in-nar.

It-tielet riflessjoni: Is-sinjur jaghmel l-ewwel talba tieghu.

“Ibni”, qallu Abram, “ ftakar li t-tajjeb tieghek ircevejtu f’hajtek: hekk ukoll Lazzru, il-hazin tieghu rcevih f’hajtu. Imma issa hu hawnhekk qed jitfarrag wat li inti qed tbati. Barra minn dan hemm vojt bla qies bejnkom u bejna, biex min ikun irid jaqsam minn hawn ghal ghandkom ma jkunx jista u anqas ma jghaddu minn hemm ghal ghandna”.

Ir-raba riflessjoni: Ma hemmx paragun bejn it-tgawdija u t-tbatija fil-hajja li ghadha gejja.

Qallu l-ghani: “ Mela nitolbok, missier, ibaghtu f’dar missieri ghax Ghandi hamest ahwa halli jaghmlilhom twissja kif imiss, li ma jmorrux huma wkoll jigu f’dan il-post ta’ tbatijiet horox . Qallu Abram: “Ghandom lil Mose’ u lil profeti jisimghu lilhom.”

Il-hames riflessjoni: Is-sinjur jerga’ jaghmel talba ohra.

“Le, missier Abram,” qallu dak, “ jekk imur xi hadd mill-imwiet jindmu.” Izda wiebgu Abram, “ Jekk ma jisimghux lil Mose’ u lil Profeti anqas jekk iqum xi hadd mill-imwiet ma jemmnu.”

Is-sitt riflessjoni: Is-sinjur jkompli jitlob.

Luqa 16 : (19- 31)

Is-sinjur - Mela kien hemm ragel ghani, jilbes il-porpra u ghazel fin, l-hena tieghu kienet li jaghmel ikla mill-ahjar (vers 19)
Fl-istorja taghna Gesu’ ma jtihx isem u ghalhekk dan il-protagonista jibqa maghruf biss bhala il-bniedem ghani.

L-ghani kien jilbes il-porpra. - Biex juri kemm kien sinjur dan ir-ragel, Gesu’ jghid li kien jilbes il-porpra u ghazel fin.

Il-porpra kien ilbies assocjat man-nies ghonja hafna ghaliex il-kulur biex tizboh id-drapp kien jiswa hafna flus. Il-kulur kienu jestrattawh minn bebbuxu li kien jinstab mal-kosta ta’ Tir. Kull wiehed minn dawn kien jaghti qatra zghir ta’ kulur vjola. Fi zmien Kristu l-ghazel kien jigi impurtat mill-Egittu. McGarvey u Pendleton jiktbu li dan l-ghazel kien mahdum mill-haxixa li kienet tiber max-xtut tax-xmara Nil. Meta kien ikun mahdun kien abjad silg u jiswa d-doppju tat-toqol tieghu f’deheb. L-ghani kien ixidd fuqu din il-kwalita’ ta’ ilbies ta’ siwi kbir u jghix hajja ta’ xalar.

Il-fqir– Gesu’ jaghtih l-isem ta’ Lazzru, li jfisser l-ghajnuna t’Alla. Il-faqar ta’ Lazzru jikkontrasta hafna ma’ l-ghana tas-sinjur. Kien jixbah lil Gob, ghaliex gismu kien mimli griehi u l-uniku solliev tieghu kien meta il-klieb kienu jilaqghuhomlu.

Abraham - Abraham kien meqjus bhala missier il-gens Lhudi. Il-lhud kienu jemmnu li l-fidili t’Alla jmorri jinghaqdu ma’ Abraham u l-patriarki meta dawn imutu (ara Matt 8 : 11) Jiena nghidilkom li ghad jigu hafna mill-lvant u mill-punet u joqoghdu fuq il-mejda ma’ Abraham, Isaac u Gakobb fis-Saltna tas-Smewwiet.

Lazzru kien mehud fi hdan Abraham. Din il-frazi tirreferri ghal uzanza li wiehed kien jimtedd waqt l-ikel, li kienet popolari hafna fil-kultura ta’ dawk iz-zminijiet. Meta bniedem kien ikun mindud kien iserrah rasu fuq hdan il-habib tieghu. Dan kien ifisser hbiberija intima li kien ikollha dik il-persuna mal-habib tieghu. Giovanni l-appostli kien serrah rasu fuq hdan Gesu’ waqt l-ahhar cena. (Giovanni 13:23). Ghal Lazzru dan kien unur li jkun konsiderat habib ta’ Abraham. Anke l-ghani kien kburi li kien Lhudi ghax tlett darbiet sejjah lil Abraham bhala missier u Abraham irrikonoxxih bhala ibnu.

Angli– Il-fqir miet u kien mehud mill-angli fi hdan Abraham.L-angli jissemmew ukoll fil-parabboli tax-Xibka u tat-Talenti fejn l-angli jaghzlu lit-tajbin mill-hziena. Meta Luqa jsemmi li l-angli hadu lil fqir fi hdan Abraham ma jghidx l-istess ghas-sinjur. L-evangelista jrid juri li s-sinjur kien imholli fid-dlam, wahdu u minsi.

Il-funerali kienu okazzjonijiet fejn l-ahhar tislimiet kien jigu moghtija lil mejjet. Il-funeral ta’ l-ghani certament kien jiswa hafna flus. Imma ma insibu ebda referenza ghad-difna ta’ Lazzru. Dan ma kienx ikollu x’jiekol, ahseb u ara kemm halla flus biex isirlu funeral xieraq.
Is-sinjur kien jghix hajja luzzuza kuljum u kien onorat f’mewtu minn dawk li halla warajh. Lazzru ghadda hajja ta’ faqar u tbatija; madankollu kellu l-unur li l-angli jwassluh sa hdan Abraham wara mewtu.

Il-messagg tal-Parabbola:

Huwa dnub li tkun sinjur?

San Pawl jwissina li l-gidba zejda ghall-flus huwa l-gherq ta’ kull deni. (1Timotju 6:10). Ma hemm ebda xiehda fl-iskrittura li l-flus fihom infushom huma hziena. Li kieku kien hekk nies bhal Abraham, Gob, David u Guzeppi minn Armatea kienu jintilfu.

Mela xi dnub ikkommetta l-ghani?

Gesu’ ma semmiex li l-ghani sar sinjur ghax qarraq b’ta madwaru. Ma akkuzahx li qatel, jew ghamel adulterju jew ghamel xi dnub iehor. L-ghani kien ikkastigat mhux ghal xi dnub li ghamel imma ghad-dnub ta’ l-ommissjoni, jigifieri li kellu l-obbligu li jaghmel xi haga u ma ghamilhiex. Minkejja li kien jilmah il-bzonn li jghin lil Lazzru, l-ghani kien jinjora dan l-obbligu kull meta kien jidhol jew johrog minn daru. Il-hsieb tal-karita’ dejjem warrabu fil-gemb u baqa’ indifferenti ghall-htigijiet tal-fqir.

Jum il-Gudizzju

F’dan il-jum il-Mulej jurina l-gravita’ tad-dnub ta’ l-omissjoni .

Il-Mulej jghid lil dawk ta’ fuq ix-xellug: “ Morru minn quddiemi mishutin fin-nar ta’ dejjem li thejja ghax-xitan u l-angli tieghu. Ghax meta kont bil-guh ma tmajtunix, kont bil-ghatx ma sqejtunix, kont barrani ma lqajtunix, kont gheri u ma libbistunix, marid u fil-habs u ma gejtux izzuruni.” (Mattew 25: 41-43)

Kemm jintilfu nies ghax ikunu naqsu minn dmirijiethom. Hafna jista’ jsir biex nghinu li min hu fil-bzonn imma din il-missjoni tigi ttraduta minhabba l-egoizmu sfrenat tal-bniedem. Il-konsegwenzi jkunu it-telfien., ghax ma nkunux habbejna lil proxxmu taghna bhalna nfusna.

Realtajiet.

Gesu’ qed juri kemm hi kbira r-responsabilta’ ghal minn ghandu l-gid. Il-genna u l-infern huma realtajiet daqs kemm kien reali Mose’. Fejn imur il-bniedem wara mewtu mhux bazat fuq kemm ghandu gid izda fuq ir-relazzjoni tieghu ma’ Kristu Gesu’. Irridu nahdmu s-salvazzjoni taghna hawn fid-dinja ghax ma jkollniex opportunita’ ohra wara li nidhru quddiem Alla ghall-gudizzju.

Make a free website with Yola