jesusandmary

 

Il-Grazzja ta’ Alla.

Wara li Gesu’ tela s-sema l-appostli ghazlu lil Mattija flok Guda li ttradixxa lil Kristu. Guda ta’ bis-sieq il-grazzja li qieghedlu quddiemu Gesu’. Hwejjeg ohra kienu qed ifixkluh. Ma gharafx jaghzel is-shih mir-rih. Minkejja li Alla kemm il-darba habbatlu fuq il-bieb ta’ qalbu biex jara l-frugha ta’ hsibijiet u azzjonitu, Guda baqa’ qalbu maghluqa, Alla ta l-grazzja lil haddiehor li kien jaf aktar ihaddimha.

Il-qaddej tal-parabbola kellu hames talenti u iehor kellu wiehed. Dan ta l-ahhar heba it-talent u ma haddmux. Meta gie sidhom talabhom kont tax-xoghol taghhom. Ta’ l-ewwel qala’ hames ohra ma’ dak li kellu. Ta’ l-ahhar ma qala xejn ghax tghazzen. Inkorla s-sid u hadlu t-talent u tah lil dak li kellu hamsa haddimhom u qala’ hamsa ohra.

Hekk jimxi Alla ma’ min iwebbes rasu u jwarrab l-ghajnuna tieghu. Jaghtiha lil dak li jaghraf juzaha ahjar. Ebda grazzja ma tintilef. Meta nhaddmu l-grazzja li nircievu minghand Alla, insiru xiehda effettivi ta’ Kristu u minna nxerredu l-imhabba ta’ Alla.

Tajjeb ingibu quddiem ghajnejna li l-grazzja t’Alla:

1. Timliena bl-Imhabba t’Alla, bhalma ma kienet mimlija l-qalb ta’ Marija Maddalena li habbet hafna lil Gesu hekk li ma abbanadunatu qatt, sahansitra kienet prezenti fuq il-Kalvarju flimkien ma Omm Gesu’ u Gwanni l-appostlu. (GV 19:25)

2. Timliena hegga ghal Kristu bhalma imliet bil-hegga lin-nisa li marru lejn il-qabar ta’ Kristu bit-tama li juru l-qima taghhom lejh. (Mt 28:9), u lid-dixxipli ta’ Emmaus li hassewhom infjammati bl-imhabba lejn Kristu meta dan kien qed ikellimhom. (Lq 24:32).

3. Tnissel indiema fir-ruh taghna bhalma nisslet f’Pietru li nidem wara li cahad lil Kristu. (Lq 22:62)

Make a free website with Yola