jesusandmary

 

  

L-IMGIEBA NISRANIJA

 

Il-knisja bdiet tikber u tixtered bid-dhul tal-pagani bhala membri taghha.  Id-dhul ta’ dawn il-membri l-godda xejn ma  nizel tajjeb ma’ l-insara Lhud tant li dawn marru juru l-fehma taghhom mal-kap tal-knisja.

 Izda Pietru wriehom car u tond li kien id-driegh ta' Alla li jigbor f’merhla wahda pagani u Lhud. Qalilhom li l-Ispirtu Santu nizel fuq Kornelju u l-familjari tieghu bhalma kien nizel ghal-ewwel darba fuqhom.  Ghal dan il-kliem il-membri tal-laqgha accettaw ir-rieda t’Alla u dak li ghamel Pietru. 

Il-knisja ta’ zminijietna wkoll ikollha l-problemi taghha.  Minn zmien ghal zmien il-knisja ta’ Kristu tghaddi minn diffikultajiet mhux zghar.  Meta gew biex jitwettqu l-konkluzzjonijiet tat-tieni Koncilju tal-Vatikan, numru zghir ta’ nsara ma ridux jaccettaw dak it-tibdil.  Xi membri tal-knisja ma gabux ruhhom kif inhu xieraq u kif jitlob il-grad taghhom b’konsegwenza ta’ skandlu kbir. Nsara ohra ma jaccettawx dak li tghallem il-knisja anzi jwarrbu dak it-taghlim li ma jaqbilx ghal widnejhom.  Dawn il-problemi u ohrajn bhalhom inikktu l-knisja.

L-imgieba taghna fil-konfront ta’ dan l-inkwiet ghandha tkun li nduru lejn Alla u nitolbuh jhenn ghal dawn insara ribelluzi.  Zball kbir naghmlu jekk ahna nitkazaw bl-imgieba ta’ dawn l-insara. Nirrakomandawhom lil Alla biex Alla fil-hniena kbira tieghu jilluminhom ikunu umli.

 

FIL-QOSOR

Bhala membri tal-knisja ta’ Kristu rridu nobdu biex nuru li Kristu hu li jmexxina u s-Sultan taghna.

Nuqqas ta’ ubbidjenza  hu ezempju hazin ghal dawk ta’ madwarna

Rimedju ghal dawk l-insara dizubbidjenti huwa t-talb. Nirrikmandawhom lil Alla ghal hniena tieghu.

 


Make a free website with Yola