L-ISEM HELU TA' GESU'
L-isem helu ta' Gesu' gej mill-Grieg Iesous li hu derivattiv mill-Aramaik Yeshu. Ifisser "Alla hu salvazzjoni". Dan l-isem ma kienx uniku fiz-zminijiet bibblici u hu komuni fil-pajjizi fejn jitkellmu bl-ispanjol. Sa minn zmienijiet appostolici l-isem ta' Gesu' kien mizmum bl-akbar rispett, ghaliex jisthoqqlu kull unur dan l-isem li hu fuq kull isem u li jirrapresenta lill-Mulej u Mghallem taghna l-bnedmin.
L-Isem Imqaddes ta' Gesu' hu l-ewwel u qabel kollox talba effikaci ghal ahhar. L-imghallem taghna Gesu' Kristu jweghdna li dak kollu li nitolbu lil Alla Missier taghna fl-isem Tieghu Huwa jaghtihulna. U Alla hu ta' kelmtu u ma jonqosna qatt.
Ghalhekk kull meta nlissnu l-isem ta' Gesu' ejjew nitolbu lil Alla dak li jkollna htiega ghalih, kemm hwejjeg materjali kif ukoll dak li hi spiritwali. Huwa ghalhekk li l-knisja dejjem tispicca it-talbiet taghha bil-kliem "permezz ta' Gesu' Kristu", li taghti t-talba sahha gdida u divina.
Imma l-isem ta' Gesu' ghandu qawwa ohra. Kull darba li nghidu "Gesu" ahna noffru qima u glorja li Alla ghaliex ahna nkunu qed noffrulu lil Dak li bil-passjoni u l-mewt u l-qawmien tieghu mill-imwiet kiseb ghal umanita' - merti infiniti.
Ejjew li kull darba li nsemmu lil "Gesu" noffruh lil Alla l-Missier taghna ghall-helsien ta' l-erwieh mill-Purgatorju ghaliex dawn ma jistghux jitolbu ghalihom infushom minhabba li dahlu fil-lejl li fih hadd ma jista' jahdem. Nistghu nkunu ahna li nissufragawhom mill-pwieni temporali biex ifittxu jidhlu jgawdu lil Alla ghal eternita' U b'hekk inkunu akkwistajna hbieb godda biex jitolbu ghalina.
Ejjew ahna meta' nsemmu l-isem ta' Gesu, noffruh lil Alla l-Missier taghna bhala att ta' imhabba perfetta Lejh ghax Gesu' hu Imhabba u Imhabba perfetta.
L-isem devot ta' Gesu' jsalvana minn bosta hazen u perikli b'mod specjali minn nasses li jhejji ghalina Satana billi dan bhala ma jiddeskrivih San Pietru hu bhal iljun ahrax dejjem idur madwarna biex ifittex lil min jibla'.
Ismu ghandu jkun ghajn ta' ferh ghal min isemmih bid-devozzjoni. Fuqu tinzel il-paci tas-sema. Sejjah spiss l-isem ta' Gesu' biex it-toqol tal-hajja jihfief u tkun tista igorr is-salib tieghek ta' kuljum ma' Gesu'.
Kemm hija haga salutari li s-sacerdoti, ghalliema, katekisti, ommijiet u missierijiet iwissu kontinwament lil uliedhom kontra t-tentazzjonijiet tax-xitan u jhegguhom biex isejhu l-isem tant qawwi ta' Gesu' ghal ghajnuna.
Kien bit-thabrik ta' San Bernardinu minn Siena u San Gwann Kapistranu li tant xerrdu d-devozzjoni lejn dan l-isem imqaddes ta' Gesu' li fl-ahhar twaqqfet il-festa ghad unur l-Isem Imqaddes ta' Gesu universalment fis-sena 1721.
Hija ccelebrata fit-tieni Hadd wara l-Epifanija. Hija festa li tixbah lil lenti li tigbor u tiffoka r-raggi kollha tax-xemx f'punt wiehed biex turi dak kollu li ghamel qed jaghmel u ghad irid jaghmel Kristu ghalina l-bnedmin.