jesusandmary

 

 L-ISPIRTU SANTU

 

L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju ta’ San Ġwann.
Ġw 20, 19-23

Dak il-Ħadd filgħaxija, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù w qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Il-paċi magħkom!”
Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw ’il-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Il-paċi magħkom! Kif Missieri bagħat lili, hekk jiena nibgħat lilkom.”
Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu: id-dnubiet ta’ dawk li taħfru jkunu maħfura, u d-dnubiet ta’ dawk li żżommu jkunu miżmuma.”

 

APPLIKAZZJONI:  L-Ispirtu Santu jaghmel ghegubijet kbar fina bhalma ghamel fl-Appostli. Fejn qabel dawn kienu bezghana issa huma qalbiena u kuragguzi biex ixandru lil Kristu.  Dan l-istess Spirtu jeqred minn go fina l-bniedem il-qadim u jizra’ fina l-bniedem il-gdid.  Permezz ta’ dan l-Ispirtu Qaddis ahna nelghbu kull problema u diffikuta’ biex inkunu maghguba quddiem Alla. Jeqred minn go fina l-egoizmu u t-telqa biex inibbet fina l-imhabba u l-hegga lejn Alla u lejn ghajrna. L-Ispirtu qaddis t’Alla jaghmel differenza.

Fl-istess kamra li kienu qeghdin issa, tlieta u hamsin jum qabel din il-grajja l-Gesu’ haslilhom saqajhom biex jurihom kif ghandom jaqdu wiehed lil iehor. Tahom gismu bhala ikel u demmu bhala xorb, ordnhom sacerdoti, talab ghalihom biex Alla jharishom mill-qawwa il-hazina u jkun xandara xierqa tal-kelma tieghu, pero’ wara li hargu mic-cenaklu huma abbandunaw lil Imghallem taghhom sahansitra wiehed minnhom ittradieh u bieghu ghal tletin bicca tal-fidda. Dan ftit wara li hargu mill-quddiesa u mit- tqarbin. Ghaliex gabu ruhhom hekk hazin?  Ghaliex l-Ispirtu qaddis tal-Mulej kien ghadu ma nizilx fuqhom. Minn dak il-mument li fih l-Ispirtu Qaddis nizel fuqhom bidla kbira sehhet fihom. Intlew bil-kuragg u xandru lil Kristu. Dak in-nhar ikkonvertew mat-tlett elef bniedem. Dawn kienu l-istess appostli li fil-gnien taz-zebbug abbandunaw u hallew wahdu ma’ l-ghedewwa tieghu lil Gesu’ li tant habbhom,imma issa mimlija bl-Ispirtu Qaddis ingabru flimkien u ma sthawx jippridkaw lil Kristu, msallab u ruxtat. Dak li ghenhom biex minn bnedmin bezziegha isuru kuragguzi ghal punt li lesti li jabtu u joffru anke hajjithom ma kien hadd ghajr l-Ispirtu Qaddis.  Altru mela li jaghmel differenza.

Fl-appostli twettaq miraklu kbir. Minn dak il-hin bdew l-atti ta’ l-appostli u dawn baqghu sejrin sal – gurnata tal-lum.  Alla jrid jikteb kapitli godda fina u permezz taghna, ghaliex ahna bhal l-appostli ghandna parti importanti x’naqdu fil-knisja- dak li nista’ naghmel jiena ma jistax jaghmlu haddiehor. L-important hu li nhalluH jahdem fina HU. Hafna drabi nixbhu lil appostli fil-jum ta’ Hamis ix-Xirka aktar milli fil-jum tal-Pentecoste. Fil-knisja meta nisimghu l-quddies u nitqarbnu u nitolbu nkunu mod, meta nohorgu nsiru bniedem ohra. Nisthu jew nibzghu naghtu xiehda awtentika ta’ Kristu lil ohrajn. Li xxandar lil Kristu u t-taghlim tieghu hija haga tqila fid-dinja tal-lum izda mhux impossibli ghax l-Ispirtu Santu jaghmel fina u permezz taghna hwejjeg ta’ l-ghageb basta nhalluh jaghmel dan.

Nitolbu lil Alla biex fina jinzel l-Ispirtu Qaddis tieghu ghax dan hu mwieghed lil min jitlobhulu. (Luqa 11 : 13) Ma nistghux nitolbu lil Alla jekk mhux bil-ghajnuna Tieghu. “Hadd ma jlissen u jghid Gesu’ hu l-Mulej jekk mhux bil-qawwa ta’ L-ispirtu Santu. (1 Kor 12 :13)

Permezz tas-sagramenti ahna nsiru nafu ahjar lil dan l-Ispirtu Qaddis.

Jigi fina fil-maghmudija u nsiru tempji ta’ l-Ispirtu Santu u ulied addottivi t’Alla.

Isahhahna fil-Grizma ta’ l-Isqof meta bhala nsara adulti u maturi nircevuh biex inkunu nsara awtentici ta’ Kristu halli bla biza u b’kuragg nistqarru lil Kristu dejjem u kullimkien.

Fil-qrar l-Ispirtu Qaddis t’Alla jerga’ mill-gdid jaghmilna tempji ta’ Alla wara li jnaddfilna ruhna minn dnubietna.

Fl-Ewkaristija nitlobu lil Ispirtu Santu biex bl-ikel u xorb qaddis nsiru gisem wiehed u spirtu wiehed fi Kristu.

Fil-Grizma tal-Morda ikollu Alla hniena minna bil-grazzja ta’ l-Ispirtu Qaddis.

Fis-sagrament taz-zwieg huwa l-Ispirtu Qaddis li jghaqqad il-mara u r-ragel f’imhabba li tkun tghogob lil Alla.

Fl-Ordni Sagri huwa l-Ispirtu Qaddis li jqaddes lis-sacerdot u jaghmel minnu dak li Kristu sejjahlu biex ikun.

Ejja Spirtu Qaddis imla’ lil qlubna bin-nar ta’ l-Imhabba tieghek.

 

Make a free website with Yola