jesusandmary

 

 IL-QAWWA TAL-GISEM U D-DEMM TA’ KRISTU GHALIJA


Meta Alla sejjah lil Abraham mill-Mesopotamja u wieghed lilu u lid-dixxendenti tieghu art fejn ikunu jistghu jghammru, dan kien l-ewwel pass biex jaghzel lill-poplu tieghu. Aktar tard meta helishom mill-jasar fl-Egittu huwa ghamel patt maghhom li jmexxhom lejn l-art imwieghda li kien wieghed lil Abraham. Hemm huwa kellu jharishom mill-ghedewwa taghhom. Ta’ dan kollu ried li huma jkunu fidili lejn il-kmandamenti tieghu. Dan il-patt ta' Alla mal-poplu tieghu ssigilla ruhu meta Mose' fuq l-ghajta ta' l-approvazzjoni tal-poplu xerred id-demm tal-vittimi li kellhom ikunu sagrifikati. 

Din il-grajja hija preparazzjoni ta' dak li kellu jigri tassew aktar ‘l quddiem meta Alla ghamel il-Patt il-Gdid tieghu mhux biss mad-dixxendenti ta' Abraham izda mar-razza umana kollha permezz ta' Kristu Gesu'. B'dan il-patt il gdid Alla wieghed il-premju etern u l-ghajnuniet mehtiega lill-bnedmin kollha biex jakkwistawh billi jobdu l-ligi mqaddsa tieghu. U dan il-patt il-gdid gie sigillat permezz ta' l-offerta safja ta' Kristu li offra lilu niffsu lil Missier Etern billi tghabba bi dnubietna u ghadda minn tbatija kbira li wasslitu sal-mewt tas-salib.

Bhal hlas lura Alla jrid l-istess ubbidjenza li talab mill-Lhud. Harsien tal-ligijiet imghallma minn Gesu'. Madankollu bosta nsara warrbu din ix-xewqa t'Alla u jinsew dak kollu li Alla wettaq ghalihom. Tant mohhom fil-hwjjeg ta' din id-dinja li jinsew dak li hu ta' veru valur li jmexxihom lejn id-dinja ta’ ferh veru etern li ghadha gejja u li qed tistenniehom. Boloh li huma jirriskjaw il-ferh etern taghhom ghal pjacir mumentarju.

Bhal lhud li wieghdu lealta' lejn Alla imbaghad insew kollox wara ftit tal-gimghat, hekk ukoll dawn l-insara jinsew il-weghdiet taghhom tal-maghmudija li huma jgeddu spiss fil-hajja adulta taghhom. U jahasra jekk ikomplu f'dik it-triq hlashom ikun it-telfien ta' dejjem.

Fl-ittra lil Lhud naraw li s-sagrificcju tat-Testment il-Gdid huwa aktar perfett minn dak tal-Qadim Testment ghaliex il-qassis li qed joffri s-sagrificju fit-Testment il-Qadim huwa bniedem filwaqt li dak li qed joffri is-sagrificcju fit-testment il-Gdid huwa Kristu l-Iben t'Alla li sar bniedem. Il-qassis lhudi kellu jpatti ghad-dnubiet tieghu kif ukoll ghal dawk ta' hutu l-bnedmin filwaqt li Kristu kien bla dnub. Id-debha ta' zmien is-sagrificcju lhudi fiha nfisha ma kellha ebda valur, pero' l-offerta ta' Kristu kellha valur infinit ghaliex kien l-Iben t'Alla.

L-Ewkaristija Mqaddsa li waqqaf Kristu hija Sagrificcju kif ukoll Sagrament. Fic-celebrazzjoni ta' l-Ewkaristija mhux biss nassistu bid-devozzjoni ghas-sarificcju izda ukoll nippartecipaw bit-tqarbin biex b'hekk inhossuna aktar qrib lejn Alla. U hekk inkunu qed inharsu l-kmandament tieghu meta qal: "Hudu u kulu dan hu Gismi" , "Hudu u ixorbu dan hu Demmi". (Matt 26 : 27).

Xejn ma hemm xi jzommna li nitqarbnu, hlief id-dnub il-mejjet li ghalih hemm ir-rimedju tas-sagrament tal-Qrar.

Fil-ftit versi li kitbilna San Mark naqraw x'gara gewwa Gerusalemm f'dak il-lejl imqaddes ta' qabel ma miet Gesu'. L-Imghallem divin taghna Gesu' Kristu jghidilna li mhabba akbar minn din hadd ma ghandu li wiehed jaghti hajtu ghal hbiebu. Gesu' wera bil-fatti din l-imhabba meta halla hajtu fuq is-salib ghall-fidwa taghna. U ghaliex kien aktar minn bniedem, huwa wera din l-imhabba kbira tieghu meta hallielna lil Gismu bhala ikel u lil Demmu bhala xorb fil-mument li fih waqqaf is-sagrament ta' l-Ewkaristija ghal ghexien u l-farag ta' ruhna fl-ahhar cena li huwa ghamel mad-dixxipli tieghu . Kien hawn li huwa qabad il-hobz u fuqu tenna l-kelmiet "Dan hu gismi"; imbaghad qabad il-kalci bl-imbid u qal fuqu "Dan hu demmi". Ma dawn il-kelmiet il-hobz ma baqghax hobz izda sar il-Gisem ta' Kristu, l-imbid fil-kalci ma baqghax izjed imbid fil-kalci, izda sar id-Demm ta' Kristu. U dan ahna nemmnuh ghaliex hu kliem Kristu li la jqarraq u anqas jitqarraq ghax hu l-Iben t'Alla. Kompla " Aghmlu dan b'tifkira tieghi". B'hekk hu ta' kmand lil Appostli u lil dawk ta' warajhom li jgeddu dan is-sagrament biex jibqa' maghna haj, bil-gisem bid-demm bir-ruh u bid-divinita' tieghu.

Is-salvatur taghna, mhux biss sar bniedem, ghex fostna miet ghalina fuq is-salib, imma fl-imhabba li ghandu ghalina u ghaliex ghandu setgha' divina huwa halla lill-Knisja s-setgha' li toffri lill-Missier tieghu tas-Sema u taghna s-sagrificcju tieghu tas-salib bhala tpattija taht il-forma tas-sagrificcju tal-quddiesa. Dan seta' jaghmlu ghax kien Alla u ghamlu taht ix-xbihat tal-hobz u ta' l-imbid.

Is-sagrificcju tal-quddiesa huwa l-akbar att ta' qima li nistghu noffru lil Alla u dan ghaliex inkun qed noffrulu lill- istess Iben tieghu li huwa baghat hawn fid-dinja biex ipatti ghal dnubietna. B'dan l-akbar att ta' qima ahna naduraw lil Alla u nirringrazzjawh ghax ahna sudditi tieghu, npattu ghal dnubietna ghaliex ahna midimbin u nitolbu l-grazzji ghax ahna ma ghandna l-hila naghmlu xejn.

Meta ahna niehdu sehem kif jixraq fis-sagrificcju tal-quddiesa u nippartecipaw fit-tqarbin ahna nkunu qed nircievu lil Kristu haj bil-gisem bid-demm bir-ruh u bid-divinita' tieghu u nsiru haga wahda mieghu.

X'nista' naghti lura lil Mulej ghal dan kollu li ghamel mieghi?" It-twegiba hija din: " Kwazi xejn jew ftit tassew. Imhabbti hija offerta zghira hdejn dik tieghu. Imma dan ma jezentanix milli naghmel dak li nista', zghir kemm hu zghir u insinifikanti kemm hu insinifikanti. Il-munita' ta' l-armla kienet ta' valur l-aktar minimu izda kienet ferm apprezzata. Nista' nattendi kuljum ghal quddiesa devotament u nitqarben kull darba bl-akbar rispett. Naf li ma inhiex denn u qatt ma nkun denn li nircevih taht is-saqaf tieghi. Imma wara kollox min ghandu bzonn it-tabib jekk mhux il-marid. Ghandi bzonn kull ghajnuna spiritwali biex nimxi ‘l quddiem. Hemm xi ghajn aktar ta' ghajnuna u qawwa akbar minn ta' Kristu niffsu, l-awtur tas-salvazzjoni tieghi?

Make a free website with Yola