jesusandmary

 


L-UNUR TIEGHI MA JOHODLI HADD.


Ix-xmara Nil ta’ l-Afrika, li hija twila 6,650 kilometru u sserrep qalb bosta bliet u pajjizi fin-naha tal-grigal ta’ l-Afrika, hija l-itwal xmara fid-dinja. Matul is-seklu n-Nil kienet ta’ ghexien u sostenn ghall-miljuni ta’ cittadini ta’ dawk il-pajjizi li minnhom tghaddi. Fil-prezent, l-Etjopja qed tibni l-akbar diga fuq in-Nil biex minnha tipproduci l-eletriku. U ghal dawk l-inhawi dan il-progett ikun wiehed ta’ fejda.

Farawn, re ta’ l-Egittu, kien jippretendi li hu sid u l-hallieq tax-xmara Nil. Hu u l-Egittu kollu kien jghid u jiftahar: “ Ix-xmara hija tieghi; jiena ghamiltha ghalija.”

Dan jgħid Sidi l-Mulej:

 Arani kontrik, ja Fargħun, sultan ta' l-Eġittu, il-kukkudrill il-kbir imxaħxaħ f'nofs in-Nil, li qal: 'Tiegħi n-Nil. Jien għamiltu.'

U jkunu jafu li jien il-Mulej, għax int għedt: 'Tiegħi n-Nil, u jien għamiltu.'  (Ezekjiel Kap 29 vers 3 u vers 9)

Huma naqsu li jaghrfu li Alla biss jipprovdi r-risorsi naturali. Bhala rizultat Alla jwieghed li jikkastiga n-nazzjon li zamm l-unur t’Alla ghalih. “U ssir l-art ta' l-Eġittu ħerba u xagħra” (Ezekjiel kap 20 vers 9)

 Ahna fid-dmir li niehdu hsieb dak li halaq Alla u ma ninsewx li dak kollu li ghandna gej min Ghandu.

San Pawl meta jikteb lir-Rumani jghidilhom: “[Rum:11:36] Kollox ġej minnu, kollox permezz tiegħu, kollox għalih. Lilu l-glorja għal dejjem ta' dejjem. Amen!”

Alla huwa Dak li jghani lill-bniedem bil-gherf biex jiskopri risorsi u jahdem ghall-gid u kumdita’ tieghu. Meta nitkellmu fuq xi haga tajba li waslet ghandna jew li ghamilna jehtieg li niftakru dak li qal Alla permezz tal-fomm tal-profeta Isaija :” [Is:42:8] Jiena l-Mulej, dan hu ismi; ma nċedi lil ħadd il-glorja tiegħi; lanqas lill-idoli t-tifħir tiegħi.”

Fahhru lil Alla l-Mulej Alla ta’ Izrael li wahdu bss jaghmel tant hwejjeg ta’ l-ghageb. Fahhru lil ismu glorjuz ghal dejjem. Jalla d-dinja kollha tkun mimlija bil-glorja Tieghu.

Make a free website with Yola