jesusandmary

 

 

NAGHTU DAK LI HU T'ALLA LIL ALLA.

Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew.
Mt 22, 15-21

F’DAK IŻ-ŻMIEN: Il-Fariżej marru u qabdu jiftiehmu bejniethom biex jaraw kif jonsbu ’l Ġesù b’xi kelma. U bagħtulu d-dixxipli tagħhom ma’ xi Erodjani u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa, u li t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi, bla ma tħabbel rasek minn ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares. Għidilina ħaġa, mela, int x’jidhirlek? Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari?
Imma Ġesù għaraf il-ħażen ta’ moħħhom, u qalilhom: “Għaliex tridu ġġarbuni, ja wċuh b’oħra? Urini l-munita tat-taxxa.” Urewh dinar, u Ġesù staqsiehom: “Ta’ min hu dan il-wiċċ u din il-kitba?” Qalulu: “Ta Ċesari!” Imbagħad qalilhom: “Mela agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla.” 

Hawn Gesu’ qed jaghmel enfasi fuq verita’ profonda. Li jimpurtah Gesu’ aktar milli tkun taht il-qawwa tac-Cesri hu li tkun tappartieni lis-saltna t’Alla. Jekk inti tappartieni lis-saltna t’Alla ghandek dmir gravi: taghti dak li hu t’Alla lil Alla. Alla jrid ikun il-priorita’ fil-hajja taghna. Dak li hu t’Alla hu bil-wisq importanti minn dak li hu tal-bniedem. Alla jirbah fuq kulhadd. In-nisrani veru hu dak li jaqdi dmiru kemm lejn Alla kif ukoll lejn hutu l-bnedmin. Biss meta ikun hemm konflitt ta’ interess irridu nfakkru lilna nfusna li Alla jigi l-ewwel.
In-nisrani barra li jaqdi lil Alla ghandu dmir lejn hutu l-bnedmin. Qatt ma ghandu n-nisrani jahrab l-uficcju pubbliku, imma ghandu jarah bhala opportunita’ biex iservi lil ghajru u sussegwement lil Alla.

Ghandna ezempju haj ta’ Dag Hammarskjold, li kien segretarju tan-Nazzjonijiet Uniti li ghalih dan is-servizz pubbliku ma kienx semplicement karriera jew mezz kif ikollu l-poter imma vokazzjoni religjuza, kif ikun ta’ servizz ghall-proxxmu tieghu, mezz kif ikun fidil lejn Alla. Huwa qal: “L-indifferenza ghall-hazen hija aghar mill-hazen innifsu u fis-socjeta’ libera’ taghna, xi uhud huma hatja, imma kulhadd hu responsabbli.”

Il-parir li taw xi hbieb lil Mandela kien biex joqghod barra mill-politika ghaliex hija kagun ta’ hafna inkwiet u korruzzjoni. Fortunatament ghal l-Afrika t’isfel u ghad-dinja kollha, Nelson Mandela warrab l-parir taghhom u ta kontribuzzjoni liema bhala lil pajjizu u lid-dinja kollha.

Franz Jaggerstatter twieled fl-Awstrija u kien moghti edukazzjoni nisranija. Meta kien zaghzugh faqqet it-tieni gwerra dinjija. Meta kellu 36 sena gie imsejjah biex iservi fl-armata ta’ Hitler u irrifjuta ghaliex qal li hu jemmen li dik il-gwerra ma kienitx gwerra gusta. Ma riedx imur kontra t-twemmin tieghu. Shabu qalulu: “Imma fejn hi l-lealta’ tieghek ghal- poplu tieghek u ghal pajjizek?”. “Jiena nhobbu lil pajjizi u lil poplu tieghi izda hemm ligi aqwa u aktar gholja – il-ligi t’Alla li tghidli li din il-gwerra hija ingusta.” Kien arrestat u mitfugh il-habs u minkejja t-talb ta’ martu u shabu biex jibdel fehmtu baqa’ jsostni dak li kien jemmen. Fid-9 ta’ Ottubru 1943 qatghulu rasu.

Ahna ghandna cittadinanza doppja, wahda dik ta’ din id-dinja materjali u l-ohra ta’ dinja spiritwali u jalla qatt dawn ma jhabbtuha ma’ xulxin. Jekk qatt xi darba wahda tkun kontra l-ohra, irridu nsolvuha bhal ma solvilha San Tumas More li safa martri ghax iddikjara ruhu li hu leali lejn il-Papa. Dan kien ifisser li hu kontra r-re ghaliex ir-re Neriku VIII, billi iggieled mal-Papa minhabba li dan ma riedx jannulalhu z-zwieg tieghu ma’ Katarina ta’ Aragona biex jizzewweg ohra, lil Anna, ghamel lilu niffsu il-kap tal-knisja ta’ l-Ingilterra. Kien mitfugh il-habs ghal 15 il-xahar u wara qatghulu rasu. L-ahhar kelmiet tieghu kienu , “ Jiena il-qaddej tar-re imma qabel kollox serv t’Alla.”

F’kull dilemma taghna ikun Alla l-priorita’ taghna.

Make a free website with Yola