jesusandmary

 

NAQSMU HAJJITNA MA’ KRISTU.

L-EVANĠELJU - (Mk 6, 30-34)
Qari mill-Evanġelju ta' San Mark.

F'dak iż-żmien: l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: "Ejjew miegħi intom biss weħdikom f'xi post imwarrab, u strieħu ftit." Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.

Marru mela bid-dgħajsa weħdihom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru 'l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom. X'ħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta' nies u ġietu ħniena minnhom, għax kienu qishom ngħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.

Il-Kelma tal-Mulej.

 

Ghal Alla ma hemmx razzez. Kristu gie biex isalva lil kulhadd u jaghmel minn kull bniedem, bniedem addottat. Imma sfortunatament mhux kullhadd izomm kelmtu u jhares il-kmandament t'Alla. U ghalkemm minhabba f'dan xi uhud ser ibatu l-ghajnuna t'Alla dejjem qieghda hemm ghal min jitlobha biex jibqa' sod fil-fidi tieghu u mhux jixxejjer bhal qasba fir-rih. Dawk li huma t'Alla ghandhom ihabirku biex fil-familja taghhom u fl-ambjent ta' madwarhom inisslu l-imhabba wiehed lejn l-iehor u l-imhabba lejn Alla. B'hekk jiggieldu l-hazin bit-tajjeb. O li kieku ndawru l-marci ta' protesti li mhux dejjem ikun spirati b'vera mhabba jew skopijiet ta' paci, f'marci ta' talb kieku nistghu nahsdu rizultati ahjar. Mulej ghamilni strument tal-paci tieghek. Iktar tista’ tikseb hwejjeg bit-talb milli bid-dinja ta' holm.

Gesu' hass il-bzonn li jgawdi ftit tal-mistrieh kif ukoll ra li dan hu wkoll mehtieg ghal-appostli li mieghu qasmu it-tbatija tal-hidma missjunarja. Ghalhekk stedinhom biex jitwarrbu ghall-kwiet, izda l-follol kienu bil-ghatx biex jisimghu l-kelma divina u gietu hniena minnhom. Kien jaf li din il-massa ma kelliex edukazzjoni gholja religjuza. Kienu jikkuntentaw biss b'dak li r-rabbi kien jghallimhom. Izda huma aktar kienu jiehdu pjacir jisimghuh ghax kien ippogilhom il-kelma t'Alla b'mod interessanti. L-ghorrief tal-ligi ta' Mose kienu jinsabu biss gewwa Gerusalemm ghax hemm biss setghu jimxu ‘l quddiem. Il-kelma ta' Kristu kienu jhossuha bhala balzmu. Huma ma kellhomx skola ghax kienu sajjieda jew raghajja u ghalihom dan ir-rabbi kien il-veru surmast.

Issa quddiemhom ghandhom minn imexxihom. Sabu lil dak il-veru rghaj li kien kapaci jmexxihom lejn il-hajja eterna. Ahna bhal dawn in-nies tal-Galilea sibna xortina ma' dan l-imghallem tal-verita'. Huwa jhenn ghalina meta nabbandunawh. Jaf id-djufija taghna l-bnedmin. Hu lest li jigborna bhalma t-tigiega tigbor il-flieles taghha madwarha. L-istess hniena li hu wera man-nies ta' zmienu juriha maghna wkoll. Hu jsehilna bil-kelma tieghu ppridkata bil-fomm tal-papa, ta' l-isqfijiet u s-sacerdoti.

Kif jghallimna San Pawl Kristu gie jxandar il-paci fuq l-art. Il-paci tinkiseb biss billi l-bniedem ihobb lil Alla u l-proxxmu tieghu bhalu niffsu. Dan hu l-qofol tal-ligi t'Alla. Is-saltna li gie biex iwaqqaf Kristu fuq l-art hi saltna ta' paci kif isellmulu il-profeti meta fosthom Isaija jsejjahlu l-Princep tal-Paci. Din is-saltna tilhaq il-milja taghha fil-hajja li ghadha gejja meta kulhadd ihobb lil xulxin u lil Alla bla tfixkil.

Lil Kristu nafuh mit-taghlim tieghu u tal-Knisja li huwa waqqaf fuq l-art. It-triq tieghu nafuha wkoll. Ahna niffurmaw parti mill-merhla tieghu izda l-indifferenza taghna tizra' fina nuqqas ta' apprezzament ghal dak kollu li Alla ghamel u jaghmel maghna. Aktar jinteressawna l-hwejjeg tad-dinja milli dawk ta' Kristu li jaghtu l-vera ferh u ferh dejjiemi, mhux bhal dak li taghti d-dinja, taghti l- ftit li jghaddi malajr u kultant qares ukoll. Niftakru li kull darba nisimghu l-arlogg idoqq ghandna nifhmu li ersaqna siegha ohra ‘l quddiem biex Alla jiggudikana.

Inkissru l-imghoddi xejn sabih taghna biex nimxu wara Kristu. Jekk naghmlu hekk ahna nsiru bnedmin hielsa mid-dnub li jassarna u ma jhalliniex nirragunaw. Huma x'inhuma u kbar kemm huma kbar Krfistu lest li jahfrilna. Kristu gie biex isejjah l-midimba. Nisimghu s-sejha tieghu....ghada jista' jkun tard wisq.

Make a free website with Yola