jesusandmary

 

 NIGBED IL-KARRU MA’ KRISTU


Fil-vangelu ta’ San Gwann insibu li Guda mhux l-iskarjota darba staqsa lil Gesu’ : “Mulej ghaliex ser turi lilek innifsek lilna u mhux lid-dinja?”  Ir-risposta Kristu ma tahielhux imma nistghu nikkonkluduha ahna.  Ikollna nistqarru li Kristu wera lilu niffsu lid-dinja ta’ zmienu meta wettaq hafna mirakli, fejjaq il-morda, qajjem il-mejtin, ta s-smigh lit-torox u d-dawl lil ghomja. Il-poplu ra b’ghajnejh u miss b’idejh il-miraklu tat-tkattir tal-hobz; ried jaghmlu sultan izda Gesu’ harab minn nofshom.  Forsi s-suldati ghassa mal-qabar ta’ Kristu ma rawhx iqum mill-mewt, il-Farizej ma rawx lil Lazzru mejjet, diga tlett ijiem, jirxoxta u mill-gdid jerga’ jinghaqad ma’ hutu, Marija u Marta? Madankollu xi whud baqghu qalbhom iebsa ghal Kristu, ghaliex ghalkemm il-mirakli jistghu isahhu l-fidi taghna,  imma ghal inkreduli, ghal dawk li ma jridux jemmnu, kull miraklu ma jiswa xejn u ma ghandux valur.

 Pero’ Gesu’ jrid li madwaru jkollu nies ta’ fidi li ghalihom ma hemmx bzonn tal-mirakli biex jemmnu fih u fi kliemu jigifieri fil-missjoni tieghu u b’hekk ikollhom sehem mill-glorja tieghu.

Kristu tefa’ responsabilta’ fuq kull membru tal-knisja tieghu.  Irid li kull membru ma jsalvax wahdu izda jghin lil haddiehor isalva wkoll; u ghalhekk iridna li nxandru kliemu, l-ahbar it-tajba, il-messagg tieghu. L-ahbar it-tajba hi li Alla baghat lil Ibnu biex kull min jemmen fih ma jintilifx izda jkollu l-hajja ta’ dejjem. L-ahbar it-tajba hi li nissiehbu ma’ Gesu’ l-Mulej taghna biex naghmlu parti mis-saltna tieghu hawn fuq l-art halli wara din l-hajja niffurmaw parti mis-saltna tieghu tas-sema. Is-saltna ta’ Kristu qieghda ghal kulhadd, ghal Lhudi u ghal grieg u ghal dawk kollu msejhin minn Alla. Minn hawn tohrog x’responsabilita’ ghandu kull membru ta’ din is-saltna. Irid ikun dawl ghal huh, musbieh biex jixghel fejn hemm id-dlam. Il-missjoni taghna hija marbuta ma’ kullimkien. Irridu nkunu l-melh ta’ l-art f’kull ambjent, fid-dar fid-divertiment taghna, fit-toroq, ghand tal-hanut etc.

 

Fil-hidma taghna ghal Kristu, ahna ma ahniex wahedna. Huwa qieghed maghna, jifrah maghna fil-mumenti ta’ ferh u jikbi maghna fil-mumenti ta’ dieqa. Huwa stess wieghdna li hu ser jibqa’ maghna sa l-ahhar tad-dinja.  Hu l-imghallem li qed imexxi il-hidma ghas-saltna tieghu. Ahna biss strumenti f’idejh.  Hazin ghalina li nahsbu li kollox isir bis-sahha taghna jew li minghajrna ma jista’ jsir xejn. Bhal ma jghid San Pawl “ghax jiena zrajt, Apollo saqqa’ izda hu Alla li jkabbar.”


Make a free website with Yola