TELQA F’ALLA
[Mt:1:19] Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. [Mt:1:20] Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: "Ġużeppi, bin David, xejn la tibża' tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu. [Mt:1:21] Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom." [Mt:1:22] Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal:
[Mt:1:23] 'Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben,u jsemmuh Għimmanu-El’,
Li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna’. [Mt:1:24] Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu.
-
Kull bniedem jghaddi minn xi burraxxka. F’sitwazzjoni bhal din, anke meta forsi nhossuna abbandunati minn kulhadd, Alla jkun jinsab hdejna. Taqtax qalbek. Itlobu. Hi jieqaf mieghek.
-
Jekk tassew temmen li Gesu’ hu Ghimmanu-El, jigifieri Alla maghna, afda fih, poggi lilek innifsek f’idejh; Hu ma jqarraq b’hadd.
-
Alla hu maghna u inti titlaq lilek innifsek tingarr mal-kurrent tad-dinja? Din x’fidi hi fik?
-
Isma’ ftit x’qal l-imghallem taghna Gesu’ Kristu: “ Itolbu u taqilghu, fittxu u ssibu, habbtu u lilkom jigi miftuh, ghax kull min jitlob jaqla’, min ifittex isib u min ihabbat jifthulu.”
-
U f’cirkustanza ohra qal: “ Ejjew intom ta’ qalbkom inhabbta u jiena nfarragkom.”
-
Iftah qalbek berah ghal Kristu biex hu jigi jghammar fiha u zzomm ebda rokna ghalik.
-
Kemm hemm bzonn li kantaw kuljum mas-salmista : “Mulej f’idejk jiena nafda ruhi.”
-
Guzeppi kien ubbidjenti u fuq ordni ta’ l-anglu ha lil Marija b’martu wara li kecca kull dubju. Tul hajtu gawda l-paci f’qalbu. Hekk jigri lilna meta nobdu l-ordni tal-Mulej. HU jberikna ghax b’fomm l-angli xandrilna din il-bxara : “U paci fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.”
-
Li ahna nobdu trid tigi mill-fatt li fina tinsab l-imhabba lejn Alla. “Min ihobbni jhares il-kmandamenti tieghi” - Gesu’ Kristu. “U huma aktar imberkin dawk li jisimghu l-kmandamenti ta’ Alla u jharsuhom.” – Gesu’ Kristu.
-
Hafna nies jghidu li jafu lil Alla ghax jirfsu l-ghatba tal-knisja,biex forsi jaghtu xi servizz, imma fil-fatt ikunu boghod minnu ghax jaghmlux ir-rieda tieghu. “Mhux min jghidli Sinjur Sinjur jidhol fis-saltna tas-smewwiet, imma min jaghmel ir-rieda ta’ Missieri, dan jidhol fis-saltna tas-smewwiet.”