jesusandmary

"WEHILNA FIT-TAJN”

[Mt:11:28] "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom”

Konna assolutament imwahhla fit-tajn!  Filwaqt li Jane kienet qed tqieghed bukkett fjuri fuq il-qabar tal-genituri taghha, ir-ragel taghha, Nicholas mar biex igenneb il-karozza tieghu halli tkun tista’ tghaddi ohra. Ix-xita kienet ilha niezla ghal hafna jiem u l-post fejn jipparkjaw il-karozzi kien kollu tjun. Meta konna lesti biex nitilqu, skoprejna li l-karozza wehlet fit-tajn. Ir-roti kienu jduru fil-vojt u aktar ma Nicholas kien izid fid-dawrien tal-magna aktar ir-roti kienu jinzlu ‘l isfel u jduru fil-vojt. 
Ma kienu ser jaghmlu xejn jekk xi hadd ma kienx ser jimbutthom. Imma huma ma setghuxjaghtu spinta ‘l quddiem lil karozza ghax Nicholas kien caqlaq spalltu ftit jiem qabel u Jane kienet ghadha hierga mill-isptar. Imma riedu l-ghajnuna! 

Fil-boghod Nicholas u Jane lemhu zewg zaghzagh, ghajtulhom u xejrulhom biex jigbdulhom l-attenzjoni. Flimkien imbuttaw il-karozza lura lejn it-triq.

Is-salm 40 jirrakonta l-fedelta’ ta’ Alla li sema’ il-karba ta’ David:
 [S:40:2] Ittamajt b'tama qawwija fil-Mulej;
hu niżel ħdejja u sama'  l-għajta tiegħi.
[S:40:3] Minn bir waħxi tellagħni,
minn qalb il-ħama u t-tajn;
fuq il-blat qegħedli riġlejja,
u saħħaħli l-mixi tiegħi.

David kien jemmen bis-shih li huwa dejjem jista’ jserrah fuq Alla biex jehilsu jew jghinu jholl l-gheqiedi tal-hajja.
Alla jghinna meta nsejhulu. Xi kultant huwa jinterveni direttament, imma hafna drabi jahdem permezz ta’ nies ohra.  Meta npoggu l-htigijiet taghna quddiemu, ahna nistghu nserrhu mohhna fuq il-fedelta’ tieghu.
Kemm hi haga sabiha u li tnissel fidi u tama kbira fina meta nindirizzaw bil-qalb dik it-talba sabiha lil Gesu’: 
GESU’ JIENA NAFDA FIK.
.

Make a free website with Yola