jesusandmary

 

 

X’inhu l-ahjar u l-akbar success?

It-72 jerġgħu lura għand Ġesù

[Lq:10:17] It-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: "Mulej, ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f'ismek?"[Lq:10:18] U hu qalilhom: "Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa' bħal berqa mis-sema.[Lq:10:19] Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa ta' l-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom.[Lq:10:20] Madankollu mhux b'dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis-smewwiet."

L-ahjar u l-akbar success hu meta bil-ghajnuna ta’ l-Ispirtu Qaddis nilhaq l-ghan ewlieni tieghi, li nidhol fil-premju etern.

1.L-isem qawwi ta’ Kristu ; Id-dixxipli stghagbu bil-qawwa ta’ l-isem ta’ Gesu’ quddiem ix-xjaten. Dik hi l-qawwa ta’ Kristu fid-dinja. L-Atti ta’ l-Appostli jghidulna li ma hemm ebda salvazzjoni jekk mhux permezz ta’ Gesu’. Kristu, bhala l-Messija li gie biex isalvana huwa l-qawwa fih innifsu. Ghalhekk kull devozzjoni awtentika, kemm jekk inhi Marjana jew lejn xi qaddis patrun favorit taghna ghandha biss sens jekk din tressaqna u tohodna ghand Gesu’. Huwa biss hu u jibqa’ l-aqwa l-mudell ghalina Kristu jirrevela lilu niffsu lil kull bniedem car u tond. Hemm xi hadd iehor li jiena npoggi qabel Kristu fil-hajja tieghi?

2. Il-Ktieb: Kristu jidher li ma jimpurtahx mir-rebhiet fuq Satana. L-aktar li hu jara importanti ghad-dixxipli tieghu hu li isimhom hu miktub fis-sema. Ir-religjon kristjana hija aktar minn rebha fuq il-hazen. Irrid li jkollna fina fidi pozittiva, mibnija biex tghinna nikbru fl-imhabba taghna lejn Alla u nissahhu fil-virtu’ billi nimitaw mill-ahjar li nistghu lill Imghallem taghna. Theggigna li dejjem u kull hin inhobbu lil Kristu u lil ohrajn. L-imhabba ma ghandiex tarf jew limiti. Ghaldaqstant ma ghandna qatt nahsbu li wasalna. Ma nifhmux li ahna imsejhin biex inhobbu u nimitaw lil Kristu sa l-ahhar nifs ta’ hajjitna?

3. Iben Mudell: Hi l-imhabba li tmexxi lil Kristu lejn il-Missier tieghu tas-sema. Minhabba f’hekk huwa lest li jbaxxi rasu ghar-rieda t’Alla, hi x’inhi. Infatti huwa sofra t-tbatija, l-ghejja, l-guh u l-persekuzzjoni. Imma dan kollu ghalkemm kontra qalbu ma baxxilux il-moral tieghu. Anzi bhala zaghzugh mimli mhabba, Kristu kien entuzjasta biex jadi l-missjoni tieghu u jistraxxna kull ostaklu. Il-Papa Gwann Pawlu II jikteb li l-bniedem ma jistax jghix minghajr imhabba. “Hajtu ma jkolliex sens u tifsira jekk ma jhobbx.” Nistaqsi lili niffsi “ Kemm inhobb? Lesi li naghmel sagrificcji ghal haddiehor? Infittex il-gid tieghi jew ta’ haddiehor l-ewwel u qabel kollox?

Talba: Il-fidi tieghi hi l-ewwel u qabel kollox relazzjoni mieghek O Mulej. Tehtieg li jiena nwiegeb bl-imhabba. Ghinni nkun generuz billi nikkopera ma’ l-ispirazzjonijiet tieghek.

X’nista’ naghmel: Nuri l-hajr tieghi lil Mulej billi l-lum naghmel att ta’ karita .

Make a free website with Yola