jesusandmary

 

X’INHU L-MOTTIV TIEGHI?

“Mhux kif irrid jien ikun maghmul, izda kif trid int.” – GESU’ KRISTU


 Fil-era ta’ 1920, Bobby Jones iddomina x-xena internazzjonali fl-isports tal-golf, minkejja li kien biss delettant.  F’wiehed mill-films – Bobby Jones: Id-Daqqa tal-Genju, hemm xena fejn player tal-golf internazzjonali jistaqsi lil Bobby meta ser ihalli l-klassi tieghu ta’ amateur u jaqleb ghall-professjonista fejn allura jista’ jkollu flus kemm irid. Jones iwiegeb billi jispjegalu li l-kelma amateur gejja mil-Latin amo li tfisser thobb.  Ir-riposta tieghu kienet cara: Huwa kien jilghab il-golf ghaliex kien ihobb il-loghba.

L-iskopijiet ta’ l-azzjonijiet taghna jaghmlu d-differenza. Dan certament jghodd ghal dawk li huma segwaci ta’ Gesu’. Fl-ittra tieghu lill-knisja ta’ Korintu, San Pawl jaghtina ezempju ta’ dan. Fil-kitba tieghu jiddefendi l-kondotta tieghu, il-karattru tieghu u s-sejha ta’ Kristu li hu jkun appostlu ta’ l-Imghallem Divin. Bhala twegiba ghal dawk li staqsewh dwar il-mottivi ghall-ministerju tieghu, l-appostlu San Pawl iwiegeb: 

“[2Kor:5:14] L-imħabba ta' Kristu ġġegħelna naħsbu dan: li wieħed miet għal kulħadd, mela kulħadd miet. [2Kor:5:15] U miet għal kulħadd biex dawk li jgħixu ma jgħixux għalihom infushom, imma għal dak li miet u rxoxta għalihom.”

Kull bniedem genwin fil-ghanijiet tieghu ghandu jkun motivat biss mill-imhabba ta’ Kristu.  Hija l-mutur li dawk li jimxu Warajh, jghixu Ghalih u mhux ghalihom nfushom.

Ahna maghguna minn dak li l-aktar inhobbu.


 

Make a free website with Yola