jesusandmary

X’JITLOB KRISTU MID-DIXXIPLU

Meta dawk telqu, Ġesù qabad ikellem lin-nies fuq Ġwanni: "Xi ħriġtu taraw fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ ? [Mt:11:8] Xi ħriġtu taraw? Raġel liebes fin? Dawk li jilbsu fin fil-palazzi tas-slaten issibhom. [Mt:11:9] Mela xi ħriġtu taraw? Profeta? Iva, ngħidilkom, anzi xi ħaġa iżjed minn profeta. [Mt:11:10] Dan hu li fuqu hemm miktub, ‘Ara, jiena nibgħat qablek il-ħabbar tiegħi biex iħejji triqtek quddiemek. [Mt:11:11] Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b'danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu.

1. Kristu jikkonferma li min jimxi warajh ma jridx ikun xi wiehed li jixbah lil qasba li tixxejjer mar-rih, tmil lejn kull direzzjoni ta’ fejn jonfoh ir-rih. Iridu li jkun sod fit-twemmin tieghu.

2. Anqas ma jkun xi segwaci li hajtu tkun kollha kumdita’ u lussu, izda jixtiequ li jaghzel it-triq tal-penitenza billi l-imghallem tieghu ha fuq spaltu t-triq tat-tbatija.

3. Kristu ma dahaqx bik, uriek haga b’ohra ghax avzak minn qabel li it-triq li tiehu ghalih u li minna trid tghaddi u timxi hija kollha hotob u tbatija. « Jekk trid timxi warajja, erfa’ salibek u imxi warajja. »

4. Alla lil dawk li jhobb jippermetti li jbatu. Il-qaddisin kollha u l-akbar skulara ta’ Gesu’, Ommu Marija, ilkoll ghaddew minn din it-triq.

5. Alla lkoll sejhilna ghal xi vokazzjoni u jridna li nkunu fidili lejn id-doveri taghna.

6. Nistghu nserrhu rasna li lhaqna l-ghajn li ghalih halaqna Alla, jigifieri li wara li ngharfuh hawn fid-dinja, naqduh u nhobbuh b’qalbna kollha, wara nsalvaw ruhna, meta ahna mmorru fil-premju etern.

7. Fuq kollox Alla jsejhilna ghal qdusija.

Make a free website with Yola